F1 – L-attriċi Nicole Scherzinger fis-seba sema wara li s-sieħeb tagħħa sar ċampjin tad-dinja

Formula 1

Il-Brittaniku Lewis Hamilton huwa ċ-ċampjin il-ġdid tal-Formula Wieħed għat-tieni darba fil-karriera tiegħu.

Huwa rebaħ l-aħħar tellieqa tal-istaġun f’Abu Dhabi li fiha ngħataw punti doppji.

L-isfidant l-ieħor, ukoll fuq Mercedes Nico Rosberg kellu tellieqa diffiċli.

Fl-erbgħa u għoxrin dawra minn total ta’ ħamsa u ħamsin Rosberg kellu problemi tekniċi fil-karozza tiegħu, li waqfuh milli jkompli jisfida fl-ewwel postijiet, minkejja li kiseb il-pole position wara l-provi uffiċjali tas-Sibt.

Minkejja tentattivi biex il-problema tissolva u minkejja ordnijiet mit-tim tiegħu biex jirtira mit-tellieqa, Rosberg baqa għaddej u spiċċa bla punti minn din l-aħħar tellieqa wara li daħal fl-erbatax-il posizzjoni.

Sodisfazzjon għaż-żewġ Williams ta’ Felipe Massa u Valteri Bottas li f’din l-aħħar tellieqa telgħu fuq il-podju bit-tieni u t-tielet posizzjoni.

Sadanittant din kienet il-ħdax-il rebħa tal-istaġun ghal Hamilton kontra l-ħames rebħiet ta’ Nico Rosberg, bil-Brittaniku jirbaħ dan il-kampjonat b’distakk ta’ sebgħa u sittin punt iktar mill-Ġermaniż.

Tal-lum kienet it-tlieta u tletin rebħa ta’ Lewis Hamilton fil-karriera, it-tim tiegħu Mercedes spiċċaw fuq quddiem fil-klassifika tal-kostrutturi b’total ta’ seba mija u punt.

Il-Formula Wieħed issa tirritorna fil-15 ta’ Marzu li ġej bl-ewwel GP tal-istaġun il-ġdid fl-Awstralja.

Riżultat – GP ta’ Abu Dhabi
1 Lewis Hamilton Mercedes 1h39m02.619s
2 Felipe Massa Williams/Mercedes 2.576s
3 Valtteri Bottas Williams/Mercedes 28.880s
4 Daniel Ricciardo Red Bull/Renault 37.237s
5 Jenson Button McLaren/Mercedes 1m00.334s
6 Nico Hulkenberg Force India/Mercedes 1m02.148s
7 Sergio Perez Force India/Mercedes 1m11.060s
8 Sebastian Vettel Red Bull/Renault 1m12.045s
9 Fernando Alonso Ferrari 1m25.813s
10 Kimi Raikkonen Ferrari 1m27.820s
11 Kevin Magnussen McLaren/Mercedes 1m30.376s
12 Jean-Eric Vergne Toro Rosso/Renault 1m31.947s
13 Romain Grosjean Lotus/Renault 1 Lap
14 Nico Rosberg Mercedes 1 Lap
15 Esteban Gutierrez Sauber/Ferrari 1 Lap
16 Adrian Sutil Sauber/Ferrari 1 Lap
17 Will Stevens Caterham/Renault 1 Lap
– Kamui Kobayashi Caterham/Renault Vibration
– Pastor Maldonado Lotus/Renault Engine
– Daniil Kvyat Toro Rosso/Renault Electrical

Klassifika Finali – Sewwieqa
1 Lewis Hamilton 384
2 Nico Rosberg 317
3 Daniel Ricciardo 238
4 Valtteri Bottas 186
5 Sebastian Vettel 167
6 Fernando Alonso 161
7 Felipe Massa 134
8 Jenson Button 126
9 Nico Hulkenberg 96
10 Sergio Perez 59
11 Kevin Magnussen 55
12 Kimi Raikkonen 55
13 Jean-Eric Vergne 22
14 Romain Grosjean 8
15 Daniil Kvyat 8
16 Pastor Maldonado 2
17 Jules Bianchi 2
18 Adrian Sutil 0
19 Marcus Ericsson 0
20 Esteban Gutierrez 0
21 Max Chilton 0
22 Kamui Kobayashi 0
23 Will Stevens 0

Klassifika Finali – kostrutturi
1 Mercedes 701
2 Red Bull/Renault 405
3 Williams/Mercedes 320
4 Ferrari 216
5 McLaren/Mercedes 181
6 Force India/Mercedes 155
7 Toro Rosso/Renault 30
8 Lotus/Renault 10
9 Marussia/Ferrari 2
10 Sauber/Ferrari 0
11 Caterham/Renault 0

Miktub minn...
Rodney Vassallo