Formula 1
F1: Lewis Hamilton Champion tal-kampjonat 2019

Il-Brittaniku Lewis Hamilton fuq karozza Mercedes irnexxielu jissiġilla r-rebħ tal-kampjonat 2019 tal-Formula 1 meta fil-Grand Prix tal-Istati Uniti u temm fit-tieni post minkejja li beda t-tellieqa mil-ħames filliera. Dan kien biżejjed sabiex aċċerta r-rebħ tal-kampjonat matematikament.

Dan kien is-sitt kampjonat mirbuħ b’mod konsekuttiv minn Hamilton u mill-Mercedes li hu rekord.

Issa Hamilton jinsab titlu biss taħt Michael Schumacher li fil-karrieta tiegħu rebaħ seba’ darbiet il-kampjonat.

Dan il-Grand Prix tal-Ħadd kien il-150 podium fil-karriera ta’ Hamilton kemm ilu jsuq fil-kampjonat tal-Formula 1 u issa jitla’ biss b’ħames podji inqas mill-istess leġġenda Michael Schumacher.

Għal Bottas ukoll fuq Mercedes li meritatament rebaħ il-Grand Prix tal-Istati Uniti kien ir-raba’ unur personali tal-istaġun.

Wara Bottas u Hamilton segwa fit-tielet post Max Verstappen.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Formula 1

Mattia Binotto qal li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk Lewis Hamilton huwiex ser ikun mal-Ferrari fl-2021. Jidher li wara l-aħħar tellieqa tal-istaġun 2019 f’Abu Dhabi, id-diskors kien kollu…

Formula 1

Is-sitt darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton għalaq staġun mill-aqwa meta mingħajr wisq problema rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Abu Dhabi. Din kienet il-250 Grand Prix ta’ Hamilton. Is-sewwieq ta’…

Formula 1

Matul tmien din il-ġimgħa ser isir l-aħħar Grand Prix tal-2019 f’Abu Dhabi. Il-kampjonat diġa’ ntrebaħ minn Lewis Hamilton tal-Mercedes, u Valtteri Bottas huwa ċert li ser jispiċċa fit-tieni post. It-taqtiegħa…

Aktar