Formula 1
F1: Lewis Hamilton jirbaħ f’Singapore wara li l-Ferrari jaħbtu ma’ xulxin

L-14 -il Gran Prix tal-istaġun kien ħolma kerha ħafna għall-Ferrari hekk kif f’ċikwiet li dehru favorti li jistgħu jirbħu anke bir-riżultati li kisbu fil-Pole Position spiċċaw biex kellhom Gran Prix fallimentari hekk kif iż-żewġ karozzi tagħħhom misjuqa minn Sebastain Vettel u Kimi Raikonen spiċċaw barra hekk kif il-karozza ta’ Vettel kienet involuta f’kollożjoni mal-karozza ta’ Raikonnen u wara mal-karozza Red Bull ta’ Max Verstappen, bil-konsegwenza li Raikonen u Verstappen ħabtu ġo xulxin u anke ġol-Mc laren ta’ Fernando Aloso. Vettel ipprova jkompli iżda spinnja f’leake mill-vettura tiegħu stess, tilef il-kontrol u baqa dieħel fil-barriers mar-raba’ dawra. Dan kien rigal lil Lewis Hamilton li bil-Mercedes tiegħu pront ħa l-kmand tat-tellieqa u b’sewqan perfett spiċċa biex rebaħ dan il-Gran Prix. Tellieqa din ta’ Singapore li taf tfisser l-iżvolta għar-rebħ tat-titlu hekk kif issa Vettel għandu 28 punt vantaġġ hekk kif fadal sitt itlielaq għat-tmiem dan l-istaġun.

Fi Grand Prix fejn kienet niżla x-xita għal diversi ħinijiet il-karozzi daru biss 58 mill-61 dawra li kienu pprogrammati minħabba l-massimu tal-ħin ta’ sagħthejn, daħal it-tieni Daniel Ricciardo fuq Red Bull u fit-tielet post Valtterri Bottas fuq Mercedes. Segwew u ħadu l-punti wkoll is-sewwieqa sal-għaxar post jiġifieri :4. Carlos Sainz Toro Rosso 5. Sergio Perez Force India 6. Jolyon Palmer Renault 7. Stoffel Vandoorne McLaren 8. Lance Stroll Williams 9. Romain Grosjean Haas10. Esteban Ocon Force India

Fil-klassifka tas-sewieqa issa l-ewwel Lewis Hamilton 263 punt, segwiet minn Vettel 235 punt isegwu Bottas u Ricciardo.

Fil-Klassifika tal-Kostrutturi il-Mercedes iktar minn qatt qabel l-ewwel b’475 punt, il-Ferrari ma jieħdux l-anqas punt f’Singaġore u jibqgħu bi 373 punt, isegwu r-Red Bull u l-Force India.
Il-Grand Prix li jmiss il- 15 -il wieħed tal-istaġun isir il-Malasja fl-1 ta’ Ottubru.

Miktub minn...
TVM Sport
.