Formula 1
F1: Lewis Hamilton jirbaħ il-Pole Position għat-tieni Grand Prix tal-istaġun

Formula 1: Illum saret is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni tat-tieni Grand Prix tal-istaġun 2020 fuq iċ-ċirkwit Red Bull Ring tal-Awstrija l-istess ċirkwit li fuqu sar l-ewwel Grand prix tal-istaġun il-ġimgħa l-oħra bid-differenza li l-kwalifikazzjoni ta’ din il-ġimgħa saret taħt xita kontinwa.

Is-sewwieq tal-Mercedes il-Brittaniku Lewis Hamilton kellu sessjoni ta’ kwalifikazzjoni kważi perfetta u meritatament rebaħ il-Pole Position sabiex għada se jibda mill-ewwel filliera. Ħdejħ fl-ewwel filliera iżda ftit lura se jibda Max Verstappen fuq il-karozza Red Bull li kiseb it-tieni l-aħjar ħin fil-kwalifikazzjoni.

It-tielet l-aħjar ħin illum kisbu Carlos Sainz fuq McLaren u se jibda mit-tieni filliera ħdejn il-Mercedes l-oħra misjuqa minn Valtteri Bottas li rebaħ kemm il-Pole Position u anke l-Grand Prix tal-ġimgħa l-oħra.

Segwew Esteban Ocon fuq Renault u Lando Norris fuq McLaren iżda dan iż-żgħażagħ Brittaniku se jkollu tlieta postijiet ta’ penalizazzjonui fil-grid tat-tluq ta’ għada.

Segwew Alex Albon tar-Red Bull, Pierre Gasly fuq AlphaTauri u d-disa’ u l-10 ħin kisbuhom Daniel Ricciardo fuq Renault u Sebastian Vettel fuq Ferrari rispettivament.

Kwalifikazzjoni

Sewwieq Team Ħin
1. Lewis Hamilton Mercedes 1:19.273
2. Max Verstappen Red Bull +1.216
3. Carlos Sainz McLaren +1.398
4. Valtteri Bottas Mercedes +1.428
5. Esteban Ocon Renault +1.649
6. Lando Norris McLaren +1.652
7. Alexander Albon Red Bull +1.738
8. Pierre Gasly AlphaTauri +1.755
9. Daniel Ricciardo Renault +1.919
10. Sebastian Vettel Ferrari +2.378
Knocked out in Q2
11. Charles Leclerc Ferrari 1:19.628
12. George Russell Williams 1:19.636
13. Lance Stroll Racing Point 1:19.645
14. Daniil Kvyat AlphaTauri 1:19.717
15. Kevin Magnussen Haas 1:20.211
Knocked out in Q1
16. Kimi Raikkonen Alfa Romeo 1:21.372
17. Sergio Perez Racing Point 1:21.607
18. Nicholas Latifi Williams 1:21.759
19. Antonio Giovinazzi Alfa Romeo 1:21.831
20. Romain Grosjean Haas No time set

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Formula 1

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku…

Formula 1

Formula 1: Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton u leader tal-klassifika tas-sewwiqa sa issa dan l-istaġun kiseb it-tielet pole position f’dan l-istaġun fil-Grand Prix tar-Renju Unit li se jsir għada fuq iċ-ċirkwit…

Formula 1

It-tim tal-Formula 1 Racing Point ħabbru li s-sewwieq tagħhom Sergio Perez mhuwiex ser jieħu sehem fil-Grand Prix tal-Ingilterra li ser isir fi tmiem din il-ġimgħa. Perez u xi mekkaniċi mit-tim…

Aktar