Formula 1
F1: Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix ta’ Monaco

Formula 1: Max Verstappen rebaħ illum il-Grand Prix ta’ Monaco u tela’ issa fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa hekk kif Lewis Hamilton fuq Mercdes illum daħal fis-seba’ post.

Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Max Verstappen fuq Mercedes ukoll li qatt rebaħ fiċ-ċirkwit prestiġjuż ta’ Monaco.

Qabel il-bidu tat-tellieqa il-Ferarri rtiraw il-karozza ta’ Charles Leclerc.

Wara Max Verstappen fuq Mercedes fit-tieni post daħal Carlos Sainz fuq Ferrari bil-podju komplet ikun iffurmat minn Lando Norris fuq McLaren. Segwew fir-raba’ post Sergio Perez fuq Red Bull, Sebastian Vettel fuq Aston Martin u Pierre Gasly fuq AlphaTauri.
Kif għidna s-seba’ post għal Lewis Hamilton segwit minn Lance Stroll fuq Aston Martin, Esteban Ocon fuq Alpine u fl-għaxar post Antonio Giovinazzi fuq karozza Alfa Romeo.

Il-Grand Prix li jmiss ikun fis-6 ta’ Ġunju f’Baku l-Ażerbajġan.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.