F1 – Nico Rosberg ottimist li l-Mercedes jerġa jkollhom staġun pożittiv

Formula Wieħed

Ftit jiem qabel il-ftuħ ta’ staġun ġdid, ir-rebbieħ is-sena li għaddiet fuq dan iċ-ċirkwit fl-Awstralja Nico Rosberg faħħar lit-tim tiegħu Mercedes li jidher se jerġgħu ikunu l-isfidanti ewlenin.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ġermaniż qal li jinsab entużjast għall-ftuħ ta’ kampjonat ieħor, jgħid li għadhom friski l-memorji tar-rebħa li kiseb is-sena li għaddiet fuq dan iċ-ċirkwit, u jtenni li se jagħmel minn kollox biex jirrepeti dan is-suċċess.

Rosberg spiċċa l-istaġun li għadda fit-tieni posizzjoni wara taqtiegħa ħarxa ma’ sieħbu tal-istess tim Lewis Hamilton, u b’saqajħ mal-art jgħid li jinsab kburi li se jerġa jtellaq għall-aqwa tim li hemm fil-Formula Wieħed, u jinsab l-lest għall-ewwel tellieqa tal-istaġun, il-Ħadd illi ġej fuq iċ-ċirkwit ta’ Melbourne.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Spanja huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni EURO Futsal Under 19 meta fil-belt kapitali tal-Latvja Riga huma għelbu lil Kroazja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1. Kien hemm atmosfera ferm sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Riga…

Sports Internazzjonali

L-Italja kellhom bidu tal-ħolm fil-kampjonat Ewropew tal-volleyball tal-irġiel meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lill-Portugall bl-iskor ta’ 3-0. It-tim immexxi minn Gianlorenzo Blengini rebaħ din il-logħba bi tliet sets konsekuttivi…

Sports Internazzjonali

Il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez jixtieq idaħħal lit-tim tal-baskitbol fil-kampjonat NBA Amerikan. Hu fatt magħruf li Perez mhux biss għandu lit-tim tal-futbol rinomat Spanjol iżda wkoll klabb tal-baskitbol bl-istess…

Sports Internazzjonali

L-Istati Uniti sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja tal-Basketball dan wara li sofrew telfa sorpriża kontra Franza fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni li qed issir fiċ-Ċina. Franza rebħet bil-punteġġ ta’ 89 għal 79 b’Evan…

Aktar