F1: Punti doppji fl-aħħar tellieqa mis-sena d-dieħla

Mill-istaġun li ġej il-punti fl-aħħar tellieqa tal-Formula Wieħed ser jirduppjaw, dan bil-għan li l-interess fil-Kampjonat Mondjali tal-Karozzi jibqa sal-aħħar.

Il-pjan huwa wieħed minn sensiela ta’ bidliet mill-Kampjonat li jmiss tal-Formula Wieħed.

Fost bidliet oħra li mistennija jiġu ntrodotti hemm penalita ta’ ħames sekondi għal min ifixkel anke f’inċidenti zgħar bejn sewwieqa.

Kelliem għal FIA qal li d-deċiżjoni li l-punti fl-aħħar tellieqa jigu rduppjati ttieħdet biex l-interess jibqa hemmhekk sal-aħħar.

Sebastian_Vettel_2402092b
Dan fid-dawl ukoll tal-fatt li tnejn mill-aħħar erba staġuni l-Kampjonat ġie mirbuħ ferm qabel l-aħħar tellieqa, bil-Germaniz tar-Red Bull Sebastian Vettel (ritratt) dejjem protagonista meta rebaħ b’ħames tigrijiet għat-tmiem fl-2011, u erba’ tlielaq għat-tmiem propju din is-sena.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

MMA - UFC

Il-Fighter Brażiljana li tgħix u tittrenja fi Florida l-Istati Uniti Amanda Nunes rebħet il-ġlieda tant mistennija kontra Felicia Spencer bil-punti f’bout li fiha l-Brażiljana ddominat ħafna mir-rounds. Il-Kanadiża Spencer kienet…

Aktar