
Stockport 0 West Ham 1
Gowl ta’ Dawson fit-83 minuta kien id-differenza għall-Hammers li marru għand Stockport u rebħu bl-iskor ta’ 1-0. B’din ir-rebħa West Ham għaddew għar-raba’ round u issa ser jaffaċċjaw lil Doncaster Rovers.
It-Tnejn filgħaxija ttellgħu l-poloz tar-raba’ round u l-ħames round tal-FA Cup fl-Ingilterra. Żgur li l-aktar logħba interessanti ser tkun dik f’Old Trafford bejn Manchester United u Liverpool. L-uniku logħba oħra li tista’ tlaqqa’ żewġ timijiet tal-Premier League kontra xulxin hi jekk kemm-il darba Southampton jegħlbu lil Shrewsbury Town, allura mbagħad jaffaċċjaw lil Arsenal.
Timijiet oħra tal-Premier League involuti fir-raba’ round huma:
Cheltenham Town – Manchester City
Wycombe Wanderers – Tottenham Hotspur
Chelsea – Luton Town
Stockport jew West Ham li jilagħbu llejla kontra Doncaster Rovers
Il-logħob tar-raba’ round ser isiru matul it-tmiem il-ġimgħa bejn it-23 u l-24 ta’ Jannar, filwaqt li l-ħames round ser jintlagħab f’nofs il-ġimgħa li tibda mit-Tnejn 8 ta’ Frar.