Futbol internazzjonali
FA Cup: Manchester UTD u Cardiff City fir-raba’ round

FA Cup – It-3 Round (Replays)

Carlisle UTD 3   Cardiff City 4

Kien il-gowl farradi minn sebgħa li permezz tiegħu Cardiff City għamluha għar-raba’ round tal-FA Cup meta fir-replay tal-logħba rebħu 4-3 u għaddew b’aggregate ta’ 6-5. Kienu Carlisle li fetħu l-iskor wara 7 minuti b’gowl ta’ Thomas, imma Cardiff għamlu l-iskor indaqs fit-18-il minuta meta Flint sab ix-xibka. Eżatt qabel il-mistrieħ Cardiff marru minn fuq b’gowl ta’ Murphy, u appena għaddew tliet minuti mit-tieni taqsima, Flint reġa’ sab ix-xibka biex kabbar il-vantaġġ għal 3-1. McKirdy naqqas id-distakk għal Carlisle fil-51 minuta u għamilhom 3-2, imma Ward għamel ir-riżultat 4-2 fis-57 minuta. McKirdy reġa’ sab ix-xibka ftit wara s-siegħa logħob imma Carlisle ma setgħux jerġgħu jinfdu d-difiża avversarja u ħarġu telliefa 4-3.

Manchester UTD 1   Wolves 0

Juan Mata kien id-differenza fil-logħba bejn Manchester United u Wolves, b’tal-ewwel jirbħu f’Old Trafford bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl tal-Ispanjol wasal fis-67 minuta u b’hekk ir-Red Devils għaddew għar-raba’ round wara li fl-ewwel logħba kienu spiċċaw fi draw ta’ 0-0.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-akkwist il-ġdid ta’ Barcelona Martin Braithwaite ammetta li ħassu sorpriż meta sar jaf li ċ-champions Spanjoli riedu jakkwistawh. L-attakkant tad-Danimarka ffirma erba’ snin kuntratt ma’ Barcelona minn ma’ Leganes wara…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-futbol fil-Brażil inawgurat statwa tal-leġġenda Pele fil-kwartieri tagħhom. Din l-istatwa hi waħda minn sensiela ta’ avvenimanti li l-federazzjoni se tkun qed tiċċelebra l-50 anniversarju bihom f’Ġunju li ġej. Pele,…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-9pm_l-ewwel legs fażi tat-32 APOEL Nicosia 0 – 3 Basel Rebħa komda f’Ċipru għal Basel 3-0 ma’ APOEL Nicosia, żvizzeri fil-vantaġġ mal-kwarta logħob minn Raoul…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League logħbiet tas-sebgħa mir-Round tat-tnejn u tletin Getafe 2-0 Ajax Getafe għelbu lil Ajax 2-0, goal tal-1-0 għall-ispanjoli minn Deyverson fis-sebgħa u tletin minuta, fil-ħin miżjud 2-0 skurjat…

Aktar