Futbol internazzjonali
FA Cup: Tottenham jgħaddu għall-ħames round b’rebħa fuq Southampton

Tottenham H. 3   Southampton 2

Tottenham Hotspur għaddew għall-ħames round tal-FA Cup wara li f’darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 3-2 f’replay wara d-draw ta’ 1-1 fis-St Mary’s Stadium f’Jannar. L-Ispurs marru minn fuq wara biss 12-il minuta bl-għajnuna ta’ Stephens li sfortunatament għalih tefa’ fix-xibka tiegħu stess u l-iskor sar 1-0. Id-draw tas-Saints wasal minn Long fl-34 minuta u sal-mistrieħ l-iskor kien 1-1. Southampton marru minn fuq għall-ewwel darba fit-72 minuta permezz ta’ Danny Ings, imma l-Ispurs ma damux minn taħt għax fit-78 minuta Lucas Moura għamel l-iskor indaqs u l-iskor sar 2-2. Fis-87 minuta Tottenham ingħataw penalty, u mill-11-il metru Son ma żbaljax, għamel l-iskor 3-2, u b’hekk it-tim ta’ Jose Mourinho għadda mal-aħħar sittax.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar