Futbol internazzjonali
FA Cup: Watford mal-aħħar tmienja b’rebħa ta’ 1-0 fuq QPR

Mill-ħames round tal-FA Cup fl-Ingilterra, ilbieraħ it-tim tal-Premier Watford irnexxilhom jgħaddu mal-aħħar tmienja meta barra minn darhom rebħu kontra QPR bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku importanti wasal mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima meta Capoue b’xi mod irnexxielu jara x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa l-kbira jispiċċa fir-rokna tax-xibka biex b’hekk Watford baqgħu għaddejjin f’din il-kompetizzjoni.

Illum jintlagħbu tliet logħbiet oħra mill-FA Cup:

13:30 Brighton & Hove Albion – Derby

16:00 Wimbeldon – Millwall

18:30 Newport Co. – Manchester City

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar