Futbol lokali
FA Trophy: Bejn għada u l-Ħadd jintlagħbu l-kwarti tal-finali; Hibernians – Valletta, diretta TVM2, fl-16.00

Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun.

It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand tal-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali, għal sezzjoni miftuħa għall-media lokali.

TVM 2 ixandar dirett il-partita tal-Ħadd li ġej fl-4.00pm bejn il-leaders tal-Kampjonat BOV Premier, Hibernians u ċ-champions tal-futbol Malti, Valletta.

Ryan Pulis, assistant coach tat-tim ta’ Raħal Ġdid qal li t-tim tiegħu qed jipprepara bl-istess mod li jagħmel dejjem għal kull partita ta’ stoffa bħal din meta l-avversarji ta’ kontrik huma l-Belt.

Danilo Doncic, kowċ ta’ Valletta, qal li jispera li t-tim tiegħu jkollu prestazzjoni mill-aqwa li tkun l-uniku mod li bih jistgħu jegħlbu lil Hibernians.

Jacques Scerri, kowċ ta’ Balzan, ukoll tkellem ma’ TVM Sport, fejn qal li din il-partita hi importanti ħafna għall-futur tal-klabb u li tista’ terġa’ tgħolli l-moral ta’ kulħadd u sservi biex il-plejers tiegħu jibdew jagħtu l-wirjiet kif kienu jagħmlu sas-sena l-oħra.

Jose’ Borg, kowċ ta’ Tarxien Rainbows, qal li l-partita ta’ għada hi waħda importanti ħafna fl-Istorja tal-klabb li iżda jibqa’ ffukat l-aktar fuq il-partiti tal-kampjonat biex jassiguraw post fil-Kampjonat Premier staġun ieħor.

Iż-żewġ partiti ta’ għada s-Sibt jintlagħbu fil-Hibernians Stadium f’Kordin u jkunu Pietà Hotspurs FC – Gżira United FC fis-14.00 u Mosta FC – Birkirkara FC, fl-16.00.

Il-Ħadd, iż-żewġ kwartit tal-finali l-oħra jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali. Fis-14.00, Tarxien Rainbows FC jilagħbu kontra Balzan FC u fl-16.00, Hibernians FC jilagħbu kontra Valletta FC.

Jekk il-partiti jintemmu fi draw jingħataw 30 minuta ta’ ħin barrani u eventwalment l-għoti tal-penalties.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar