Futbol lokali
FA Trophy: Falcone jpoġġi lil Birkirkara fir-raba’ rawnd

The Malta FA Trophy 2019/2020

Birkirkara FC……….1

Nadur Youngsters ..0

Gowl drammatiku ta’ Federico Falcone għen lil Birkirkara jiksbu passaġġ għar-raba’ rawnd tal-FA Trophy meta f’logħba missielta huma għelbu lit-tim Għawdxi ta’ Nadur Youngsters bl-iskor ta’ 1-0.

Fl-ewwel nofs siegħa ftit kellna okkażjonijiet denji ta’ nota sabiex fis-27 minuta kellna tentattiv ta’ Marcelo Junior għal Nadur li spiċċa għoli.

Jirrispondu Birkirkara fil-35 minuta meta wara kross tajjeb ta’ Matthew Guillaumier, kien Federico Falcone li bir-ras xeħet il-ballun kemm kemm żgħira għoli mil-lasti ta’ Steven Sultana.

L-Istripes ħarġu tajjeb fit-tieni 45 minuta u kien Edison dos Santos Tarabai li fit-48  minuta għadda tajjeb u pront kien id-difensur Ian Xuereb li salva fuq il-linja sabiex biegħed il-periklu.

Fil-61 minuta xutt ta’ Caio Prado għal Birkirkara ġie milqugħ minn Sultana sabiex fuq in-naħa l-oħra f’kontrattakk kien Predrag Djordjevic li f’shot-cross impenja lil Andrew Hogg.

Fil-71 minuta kien il-keeper ta’ Nadur Steve Sultana li ddistingwa ruħu meta salva b’mod spettakolari xutt ta’ Michael Mifsud.

Minuta wara xutt fil-baxx ta’ Maurizio Vella għal Birkirkara jolqot il-wieqfa.

Fit-82 minuta, Nadur kienu ferm perikolużi b’xutt qawwi ta’ Barbosa li spiċċa kemm kemm għoli.

U meta kollox kien jidher li konna se mmorru għall-ħin barrani, Birkirkara fetħu l-iskor. Kien l-attakkant Arġentin Federico Falcone li mattar siequ wara kross ta’ Ntow sabiex issoprenda lil Sultana.

L-Istripes żammew sal-aħħar dan ir-riżultat sabiex għaddew għar-raba’ rawnd ta’ din il-kompetizzjoni.

Skor finali: Birkirkara 1 Nadur 0

Referi kien Alan Mario Sant

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 GŻIRA UTD……1 SANTA LUCIA..2 Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 SIRENS FC……..2. MOSTA FC…….0. Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella….

Futbol lokali

Marsa St Michael u Valletta St Pauls baqgħu ras imb’ras fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA meta rebħu b’mod drammatiku l-konfronti rispettivi tagħhom. It-tnejn li huma għandhom 13-il punt fil-klassifika u hekk…

Futbol lokali

It-tieni partita tal-ġurnata mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal-lum ġiet posposta minħabba qtugħ ta’ dawl f’waħda mill-floodlights tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. L-inċident seħħ fis-47 minuta hekk kif kienet għadha kif bdiet…

Aktar