Futbol lokali
FA Trophy: Floriana jirbħu lil Senglea fil-ħin barrani

FA Trophy 2019/20

Floriana……..2

Senglea………0

(Wara l-ħin barrani)

Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin barrani.

3’ freekick ta’ Floriana permezz tal-plejer Venancio mir-rebound ballun li wasal għand Muhamadou b’ xutt li għadda fuq il-minduda.

5’ Irrispondew Senglea, kien Teixeira li rċieva mill-ġenb bix-xutt tiegħu li mar barra.

11’ Senglea baqgħu kompatti Cross ta’ Cabral Junior ex Floriana daqqa ta’ ras ta’ Elvis Sakyi ballun li ħabat mal-minduda.

25’ Reazzjoni minn Floriana xutt mid-distanza ta’ Ryan Camenzuli ballun li mar barra.

58’ Ċans tad-deheb għal Floriana li jmorru fil-vantaġġ meta kien is-sostitut Keqi li nsista bil-ballun fil-kaxxa li ġie mwaqqa’ bir-referee Barbara li ordna l-penalty. Mill- ħdax –il metru kien Venancio li nkariga minnu pero’ penalty li ġie salvat mill-Goalkeeper ta’ Senglea Matthew Farrugia. 

63’ Xutt ta’ Floriana minn Venancio mid-distanza ħarġa f’waqta ta’ Farrugia mingħajr ebda problema. 

76’ Baqgħu Floriana kellna xutt tas-sostitut Paiber konklużjoni li għaddiet barra.

79’ Azzjoni tajba minn Floriana, pass indirizzat lejn Venancio xutt tiegħu li ġie mdawwar f’corner.

85’ Xutt ta’ Cabral Junior għal Senglea ballun li mar barra.

Partita li spiċċat fi draw ta’ mingħajr gowls, partita li marret għal ħin barrani.

105’ Floriana bl-ewwel azzjoni fl-ewwel kwarta tal-ħin barrani. Cross ta’Cini, daqqa ta’ ras ta’ Keqi ħarġa tal-goalkeeper Farrugia biex kien Olberkis li qala’ l-ballun minn fuq il-linja.

116’ Floriana fetħu l-iscore permezz ta’ Venancio freekick sabiħ dirett mid-distanza l-ebda ċans id-difiża twaqqaf ix-xutt biex Floriana għamluhom tnejn bi spazju ta’ żewġt minuti kien Fonseca li avvanza l-fuq bil-GK joħroġ għal ballun cross lejn Paiber viċin il-lasti ma jfalliex

Riżultat finali: FLORIANA 2 – SENGLEA 0  

Referee: Ishmael Barbara

FLORIANA FC: Spiteri, M. Muhamadou, E. Ruiz, D.Venancio, C. Borg(K.Keqi), J.Arias, A.Caseras, A.Cini, J.Busuttil, R.Camenzuli, A.Fonseca

SENGLEA ATHLETIC FC: M.Farrugia, C.Zammit, S. Olberkis, D.Debono, E.Sakyi, N.Virano, W.Teixeira, S.Cipriott, J.Cabral, A.Do Nascimento, M.Dias.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar