Futbol lokali
FA Trophy – Goal f’kull taqsima biżżejjed biex Qrendi jeliminaw lil Qormi mit-Trophy

Qrendi…….2

Qormi……..0

L-isfida bejn iż-żewġ timijiet tal-1 Diviżjoni fl-Istadium Victor Tedesco spiċċat b’rebħa għal Qrendi fuq Qormi bl-iskor ta’ 2-0 fit-tielet round tal-Malta FA Trophy (powered by BOOST).

Wara 8 minuti logħob, xutt fil-baxx ta’ Lubos Adamec spiċċa ftit barra peró wara kwarta logħob kienu Qrendi li fetħu l-iskor. Azzjoni li beda Dasser Sammut li kompla lejn Kenneth Abela, dan għadda lil Dhonattan Santos Da Hora li bit-takkuna minn taħt il-lasti Qriema għeleb lil Jamie Azzopardi għal 1-0. Fid-39 minuta azzjoni personali ta’ Nakamura li baqa’ javvanza però fil pront ħareġ Jamie Azzopardi u salva mal-art. Tliet minuti wara kien Jose  Caetano Da Silva li pprova t-tenattiv tiegħu li peró spiċċa ftit barra.

Fit tieni taqsima Qormi ħarġu fuq l-attakk u wara żewġ minuti freekick ta’ Lubos Adamac kien salvat tajjeb minn Julian Azzopardi. Fl-54 minuta Qrendi reġgħu kienu perikolużi meta Dasser Sammut  baqa’ javvanza lejn il-lasti ta’ Qormi, però x-xutt finali tiegħu għadda ftit barra. Iżda fis 60 minuta Qrendi reġgħu sabu x-xibka Qormija meta bi freekick dirett, Petar Mrvic għeleb għal kollox lil Jamie Azzopardi għal 3-0. Ħames minuti minn tmiem il-partita ċans tajjeb għal Qormi li setgħu jnaqqsu l-iskor, però d-daqqa ta’ ras ta’ Jose Caetano Da Silva ġiet salvata b’diffikultà minn Julian Azzopardi u mir-rebound it-tenattiv tal-istess plejer spiċċa barra u fl-aħħar minuta tal-loghba x-xutt fil baxx ta’ Michael Camilleri ġie salvat bla diffikultà mill goalkeeper ta’ Qrendi.

B’din ir-rebħa Qrendi issa jilagħbu kontra t-tim Għawdxi ta’ Kerċem Ajax fir-raba’ round tat-Trophy.

Riżultat finali: Qrendi 2  Qormi 0

Referee: Sandro Spiteri

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Massimo Ganci, wieħed mill-aqwa attakkanti li kien hemm fl-Italja fl-aħħar snin fis-Serie B u s-Serie C, ftit tal-ħin ilu sar plejer ta’ Hamrun Spartans. Ganci għandu 36 sena u fil-karriera…

Aktar