Futbol lokali
FA Trophy: Gowl fil-ħin barrani ta’ Iriberri ipoġġi lil Hibs fis semi-finali

FA.TROPHY 2019/20

Kwarti tal-finali

HIBERNIANS FC……..2
ĦAMRUN SP…………..1

Wara biss ħames minuti logħob Ħamrun Spartans marru fil-vantaġġ, meta bi free-kick perfett Valdo Goncalves Alhinho għeleb lil Calleja Cremona fis-saqaf tax-xibka. Fit 13 -il minuta, kross ta’ Jake Grech u daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta Ħamruniża ta’ Ferdinando Apap, tispiċċa barra. Fl-24 minuta pass tajjeb ta’ Clayton Failla lil Jorge Ailton Soares li baqa’ javvanza pero’ Calleja Cremona imblokka tajjeb. Fit-42 minuta Hibs kienu qrib il-gowl ta’ dro, wara l-korner li ngħata minn Izquier, id- daqqa ta’ ras ta’ Ferdinando Apap taħbat mal-lasta ta’ Bartolo.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hibs ħarġu fuq l-attakk u xutt fil baxx ta’ Jake Grech kien salvat tajjeb minn Bartolo. Fis-68 minuta Leone għadda l-ballun lil Jorge Soares li baqa’ javvanza, pero’ xutt finali tiegħu spiċċa barra sabiex żewġ minuti wara Hibs kisbu l-gowl ta’ dro, Joseph Mbong kompla lejn Jorge Santos Silva u dan b’xutt angulat mil-lemin għeleb għal kollox lil Manuel Bartolo. Ħames minuti wara kross ta’ Grech u d-daqqa ta’ ras ta’ Imanol Iriberri tgħaddi ftit barra, ftit wara Ħamrun wieġbu b’xutt b’saħħtu ta’ Soares li Calleja Cremona mblokka. Tlett minuti minn tmiem Ħamrun viċin li jmorru fil-vantaġġ, pero’ l-free-kick mogħti minn Alhinio jaħbat mal-lasta b’Calleja Cremona megħlub għal kollox.

Sad-90 minuti r-riżultat baqa’ wieħed b’wieħed sabiex il-logħba daħlet fil-ħin barrani. Fis-97 minuta korner insidjuż ta’ Gabriel Izquier Ardiles u Bartolo salva b’diffikulta’ mal-art. Fil-105 minuta Hibs skorjaw il-gowl tar-rebħa u kwaliffikazzjoni, l-kross mix-xelluq ta’ Jake Grech u b’daqqa ta’ ras perfetta minn taħt Bartolo, Imanol Iriberri sab ix-xibka.

Referee: Philip Farrugia.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejer Malti Michael Mifsud, mil-lum sar plejer ta’ Sirens FC. Mifsud tħarreġ ma’ Sirens FC għall-ewwel darba lbieraħ filgħaxija u llejla se jkun qed jilgħab fil-partita ta’ ħbiberija kontra Hibernians….

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier ħabbar li plejer minn tal-ewwel skwadra tagħhom ittestja pożittiv għall-COVID-19. Dan hu l-aħħar każ ta’ coronavirus wara li l-ġimgħa l-oħra, Balzan ħabbru li kellhom tliet plejers…

Futbol lokali

Il-Kampjonat BOV Premier se jkun qed jibda kif skedat, fil-11 ta’ Settembru li ġej, iżda b’bibien magħluqa, ħlief għall-plejers u l-istaff tekniku, l-uffiċjali tal-klabbs u l-ġurnalisti. Dan ħabbru dalgħodu Bjorn…

Futbol lokali

Illum il-Club tal-Football ta’ Balzan ikkonferma li żewġ plejers oħra minn tagħhom irriżultaw pożitivi għal COVOD-19. Il-Club jumejn ilu kien ikkonferma li kellu l-ewwel plejer li rriżulta pożittiv wara test…

Aktar