Futbol lokali
FA Trophy: Gowl uniku jagħti l-kwalifikazzjoni lil Sirens

FA Trophy 2020/2021

Marsa……0

Sirens……1

Sirens kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Marsa sabiex kisbu l-kwalifikazzjoni għal rawnd ieħor tal-FA Trophy.

Fit-tmien minuta, kontrattakk veloċi ta’ Marsa u xutt ta’ Patrick Maia jispiċċa kemm kemm barra mil-lasta avversarja.

Żewġ minuti wara xutt ta’ Jackson Lima ta’ Marsa sab lil Reeves Cini attent.

Marsa komplew jilagħbu tajjeb u tentattiv ta’ Shola Shodiya reġa’ sab lil Cini attent sabiex dawwar il-ballun għall-korner.

Fis-27 minuta, Sirens ħolqu l-ewwel ċans tagħhom permezz ta’ Ryan Darmanin li ra lil Nicky Vella jsalva tajjeb.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 0-0.

Fl-54 minuta xutt ta’ Hamed Kone ta’ Sirens spiċċa barra filwaqt li żewġ minuti wara frikik ta’ Jackson Lima sab lil Reeves Cini attent.

Fit-58 minuta, it-tim immexxi minn Giovanni Tedesco fetaħ l-iskor meta Hamed Kone avvanza tajjeb u filwaqt li daħal fil-kaxxa fajjar xutt b’saħħtu fil-baxx li ħasad lil Nicky Vella.

Fl-84 minuta, Marsa spiċċaw jilagħbu b’10 min-nies meta tkeċċa Matthew Gauci wara żewġ karti sofor.

It-tim minn San Pawl il-Baħar żamm sod fl-aħħar minuti sabiex kiseb il-kwalifikazzjoni tiegħu.

Marsa: Nicky Vella, Ian Zammit, Antonio Monticelli, Manolito Micallef, Jackson Lima, Clifford Gatt Baldacchino, Josmar Galea, Matthew Gauci, Dylan Grima, Patrick Maia, Shola Shodiya.

Sirens: Reeves Cini, Jonathan Pearson, Ryan Grech, Hamed Kone, Wilfried Domoraud, Emiliano Callegare, Jacob Walker, Ryan Darmanin, Manuel Bustos, Tamsir Jammeh, Thiago Espindola.

Referi: Stefan Pace

Riżultat Finali: Marsa 0 Sirens 1

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'