Futbol lokali
FILMAT – FA Trophy: Ħamrun fir-raba’ round b’rebħa fuq Tarxien

FA TROPHY 2019/20

IT-Tielet Round

Tarxien R……….1

Ħamrun S………2

Ħamrun ma damux wisq jaħsbuha biex jiftħu l-iskor għax wara biss 3 minuti, Criaco tefa’ cross li waqqfu Wilfried Domoraud, u wara li rranġa l-ballun fuq id-dawra tefgħu fix-xibka għal 1-0. Reazzjoni mir-Rainbows mal-kwarta logħob meta mill-freekick ta’ Ciantar, Debattista kellu jdawwar f’corner. Fis-27 minuta Ħamrun ingħataw penalty meta Soufiane twaqqa’ fil-kaxxa u mill-11-il metru Wilfried Domoraud skorja t-tieni għalih u t-tieni għall-Ispartans.

Għalkemm it-tieni taqsima kienet pjuttost xotta mill-ideat, seba’ minuti mit-tmiem ir-Rainbows naqqsu d-distakk meta x-xutt ta’ Mambouana kien imtajjar minn Debattista, bil-ballun jiġi f’saqajn Petar Kanzurov li spara fix-xibka għal 2-1 u hekk baqgħu sat-tmiem bl-Ispartans jgħaddu għar-raba’ round.

Riżultat finali: Tarxien R. 1  Ħamrun S. 2

Referee: Fyodor Zammit

Formazzjonijiet:

Tarxien R.: Rudy Briffa (GK), Destin Mambouana, Gary Camilleri, Aleksa Andrejic, Brandon Muscat, Stiv Shaba (Andrew Tenorio 52’), Marko Stanojevic, Nevin Portelli (Thomas Veronese 46’), Miguel Ciantar (Daniel Vassallo 70’), Petar Kanzurov, Daniel Zerafa (c)

Ħamrun S.: Jean Claude Debasttista (GK), Triston Caruana (c), Ailton Jorge Soares, Wilfried Domoraud (Ryan Darmanin 70’), Clayton Failla (Matthew Robert Gauci 70’), Nicola Leone, Lagzir Soufiane, Marco Criaco (Cain Cutajar 78’), Karl Micallef, Alessio Capitelli, Mattia Cinquini

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Santa Lucija…0 Balzan…………3 Fl-ewwel partita li kellna fil-Hibs Stadium f’Kordin, Balzan għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Balzan kienu ġejjin minn draw kontra Hamrun filwaqt…

Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/2020 Birkirkara………….2 Sirens……………….0 Birkirkara reġgħu rritornaw għar-rebħ meta mingħajr xi diffikultà partikolari għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0. Kien hemm differenza ta’ 11-il punt fil-klassifika bejn dawn…

Futbol lokali

Il-President ta’ Hibernians FC, Tony Bezzina, illum ingħata l-Midalja ta’ Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Georga Vella. Il-Midalja ngħatat f’ċerimonja li saret fil-Belt Valletta. Il-President ta’ Malta ta…

Futbol lokali

Bejn illum u nhar il-Ħadd tintlagħab it-13-il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier u jiġi fi tmiemu l-ewwel round ta’ dan l-istaġun. Floriana għandhom test delikat kontra l-Wanderers il-Ħadd biex jippruvaw iżommu…

Aktar