Futbol lokali
FA Trophy: Ħamrun Spartans mal-aħħar tmienja b’rebħa faċli fuq Swieqi

FA TROPHY 2019/20

Swieqi Utd………..1

Ħamrun S……….3

Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb mill-goalkeeper Edward Gatt.

Fit 12-il minuta, Josuael Azzopardi baqa’ javvanza lejn il-lasta Ħamruniza pero xutt finali tiegħu spiċċa barra.

Fis 17-il minuta Ħamrun marru fil vantaġġ, il-kross ta’ Matthew Gauci , għola tajjeb Karl Micallef u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Gatt.

Fl-40 minuta, xutt min taħt il-lasta ta’ Roderick Taliana spiċċa għoli. Ħames minuti wara xutt tajjeb ta’ Karl Micallef u Gatt dawwar f’korner.

Mal-ftuh tat-tieni taqsima Ħamrun kellhom ċans tajjeb ta’ skor meta Jorge Soares ġie wiċċ b’wiċċ ma’ Gatt li imblokka tajjeb ix-xutt mill-viċin.

Fis-57 minuta xutt fuq il-ġirja ta’ Felipe Nunes bil-ballun jaħbat max-xibka minn barra.

Fit-62 minuta Ħamrun aċċertaw il-kwalifikazzjoni meta Jorge Soares ikkrosja fin-nofs daħal Karl Micallef u b’daqqa ta’ ras reġa għeleb lil Gatt.

Fit 78 minuta Swieqi naqsu l-skor b’xutt min tarf il-kaxxa tal- captian Roderick Taliana li għeleb lis-sostitut goalkeeper Jean Claude Debattista.

Fl-aħħar minuta wasal it-tielet gowl ta’ spartans, ħarba ta’ Jorge Soares qassam fin-nofs fejn Leane Nicola ma kellu l-ebda diffikultà isib ix-xibka.

REFEREE : Slobodan Petrovic.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar