Futbol lokali
FA Trophy: Hibernians bla problemi kontra Pembroke u jgħaddu għall-kwarti finali

FA Trophy 2019/20

Ir-4 Round

Pembroke …..0

Hibernians…..5

Hibernians bla problemi kontra Pembroke u jgħaddu għall-kwarti finali b’rebħa ta’ 4-0.

Mal-10 minuta tasal l-ewwel azzjoni tal-partita meta pass fit-tul ta’ Bjorn Kristiensen lejn Jake Grech b’dan tal-aħħar jgħaddi l-ballun lejn Jurgen Degabriele li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat mill- gowler ta’ Pembroke Philip Schranz.

13 -il minuta ħarba ta’ Iriberri li ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner fejn mill-istess azzjoni corner li inkariga minnu Jurgen Degabriele bil-ballun fuq ras Kristiensen li mill viċin ħabbat il-ballun mal-art u spiċċa barra.

18 -il minuta tasal l-ewwel azzjoni ta’ Pembroke meta jkun Yanis Tonna li jippruva x-xutt tiegħu minn qadgħa angulata bil-ballun jaħbat mal-lasti.

19 -il minuta Hibernians imorru fil-vantaġġ meta pass ta’ Mbong lejn Dunstan Vella fejn minn barra l-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka wara Schranz.

30 minuta u Hibernians jirduppjaw meta pass preċiz ta’ Andre Agius lejn Mbong li rnexxielu jaħrab l-offside baqa’ javvanza biex qassam lil Iriberri u waħdu quddiem lasti vojta tefa’ fix-xibka. 

Tmiem l-ewwel taqsima: Pembroke 0 Hibernians 2

55 minuta ċans għal Hibernians meta pass ta’ Mbong lejn Jurgen Degabriele li waħdu quddiem Schranz ra l-ballun jiġi salvat.

77 minuta pass ta’ Myles Beerman lejn Buaku li waħdu quddiem Schranz jolqot ħazin bil-ballun jispiċċa barra.

79 minuta azzjoni ta’ Pembroke meta pass ta’ Mifsud Triganza lejn Luca Mijic bit-tentativ ta’ Mijic jgħaddi ftit il-bogħod minn mal-lasti.

85 minuta pass ta’ Bjorn Kristiensen lejn Dunstan Vella li ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner bil-corner jinkariga minnu Beerman li jitfa’ lejn Apap b’dan tal-aħħar bir-ras jitfa’ fix-xibka.

87 Hibs isibu x-xibka għar-raba’ darba meta Glen Azzopardi iwaqqa’ lil Atzina bir-referee tal-partita Mario Apap jordna l-foul mill-ħdax -il metru li inkariga minnu Beerman li tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Riultat finali: Pembroke 0 Hibs 4

Referee: Mario Apap.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar