FA TROPHY: Hibernians mal-aħħar sittax f’partita li ddominaw

HIBERNIANS FC….…3

ŻEJTUN C. ..……..……0

Hibernians ikkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar sittax tal- FA Trophy dan wara li għelbu lil Żejtun Corinthians bl-iskor ta’ 3-0.

Wara 5 minuti logħob, daqqa ta’ ras ta’ Tiago Fonseca imblokka Kone u mir-rebound xutt ta’Jake Grech reġa imblokka il-goalkeeper ta’ Żejtun. Minuta wara xutt fil-baxx ta’ Jake Grech jgħaddi tul il-lasta ta’ Żejtun u jispiċċa barra. Fil 15 il-minuta kontra-attakk tal-Corinthians , xutt b’saħħtu ta’ Sergio Barbosa u Calleja Cremona mklokka tajjeb biex tlett minuti wara Izquier kompla lejn Imanol Iriberri bix-xutt ta’ dan jiġi mdawwar  f’korner minn Kone. Żewġ minuti qabel spiċċat l-ewwel taqsima Hibs marru fil-vantaġġ. Iriberri għadda l-ballun lil Jake Grech li fajjar xutt b’saħħtu li għeleb għal kollox lil Kone.

Fit- 53 minuta xutt mid-distanza ta’ De Barros u Calleja Cremona dawwar f’korner. Fis-60 minuta Da Silva Ribeiro kompla lejn Fonseca bix-xutt ta’ dan jiġi imdawwar f’korner. Erba’ minuti wara Hibs jirduppjaw meta Da Silva Ribeiro kompla fid-direzzjoni ta’ Jake Grech u dan b’xutt angolat għeleb lil Ibrahim Kone. Fid-90 minuta is-sostitut Jurgen Degabriele għamel ir-riżultat finali Hibernians 3 Żejtun Corinthians 0

Fil-fazi tal-aħħar sittax Hibernians jilgħabu kontra Pembroke Athleta.

Hibernians FC

M.Calleja Cremona, L.Almeida, R.Dos Anjos, A.Attard ( B.Kristensen 60’), J.Grech, T.A.Fonseca ( J.Degabriele 69’), Z.K.Grech, A.G.Izquier, A.Agius, I.Iriberri, R.G.Da Silva( D.Vella 69’)

Żejtun C.

I.Kone, D.Albanese, L.Moreira, A.CarabottI ( D.Catanio 72’), J.Suda, M.H.Marcelino, D.S.Barboza, E.Herrera ( A.Cassar 81’), N.Tabone, G.Azzopardi, A.De Barros( G.Bugeja72’)

Referee: Malcolm Spiteri

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League