Futbol lokali
FILMAT: Iċ-Champions Valletta idawru telfa f’rebħa u jaslu sas-semi-finali tal-FA Trophy

FA Trophy  2018/19

Kwarti tal-finali

Valletta FC ………3

Hibernians FC….2

(Wara ħin barrani)

Għal din il-partita ż-żewġ timijiet kellhom diversi players regolari nieqsa. Wara 6 minuti logħob kross fil-baxx ta’ Antonio Monticelli u xutt fil-baxx ta’ Bojan Kaljevic spiċċa ftit barra. Fit 12 –il minuta Hibs marru fil-vantaġġ meta Marco Sahanek bidel il-ballun ma’ Timothy Tabone Desira u b’xutt fil-baxx għeleb lil Henry Bonello. Fl-20 minuta l-Pawlisti rdoppjaw l-iskor, il-kross fil- baxx ta’ Taylor Marcolino daħlu fliemkien Tiago Fonseca u Joseph Mbong pero’ kien dan ta’ l-aħħar li mattar saqgajħ u tefa’ l-ballun ġewwa. Fil-41 minuta free-kick ta’ Marco Sahanek Henry Bonello wettaq save brillanti biex ċaħħad lil Hibs mit-tielet gowl.

Wara ħames minuti mil-ftuħ ta’ tieni taqsima Hibs sfaw b’10 players meta r-referee Pace wera karta ħamra lil Marcelo Dias għal daħla kerha fuq Bogdan Gavrilla. Fil-65 minuta kross ta’ Pena Beltre u xutt ta’ Bogdan Gavrila ġie imdawwar f’korner mill-goalkeeper Jovicic. Fis-70 minuta xutt mid-distanza tas-sostitut Nicholas Pulis għadda barra sabiex erba’ minuti wara Valletta daħlu fil- logħba, pass fit-tul ta’ Steve Borg sab lil Bojan Kaljevic li minn taħt Jovicic ma falliex. Fl-84 minuta Valletta skorjaw il-gowl ta’ dro, free-kick li ngħata minn Mario Fontanella u Nicholas Pulis b’daqqa ta’ ras sammar il-ballun fix-xibka Pawlista.

Wara 8 minuti tal-ħin barrani kross ta’ Pena Beltre u daqqa ta’ ras ta’ Kyrian Nwoko ġiet salvata b’diffikulta’ minn Jovicic. Fil-103 minuta Valletta skorjaw il-gowl tar-rebħa , il-kross ta’ Mario Fontanella mix-xellug daħal bil-ġirja Bojan Kaljevic u b’xutt b’saħħtu għeleb lil Jovicic.  Lejn l-aħħar ħinijiet korner ta’ Sahanek u daqqa ta’ ras ta’ Kristensen tispiċċa mal-lasta beltija, sabiex issa fis semi-finali Valletta jilagħbu kontra Gżira Utd. Referee: Stefan Pace.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Aktar