Futbol lokali
FA Trophy: il-Poloz tat-3 Round
Balzan jibdew id-difiża tat-Trophy ma' San Ġwann

Il-holders Balzan se jibdew id-difiża tal-FA Trophy li rebħu l-istaġun li għadda għall-ewwel unur ewlieni storiku fl-istorja tal-club, mat-team tat-Tieni Diviżjoni San Ġwann.

Balzan jidħlu fl-azzjoni fit-3 Round tal-kompetizzjoni, l-istess bħat-timijiet l-oħra tal-Kampjonat Premier, wara li l-ewwel żewġ rounds kienu riservati għat-timijiet mid-diviżjonijiet l-oħra tal-Malta Football Association, kif ukoll it-timijiet Għawdxin.

Mis-67 team li  bdew il-kompetizzjoni issa baqa’ l-aħħar 32 li minbarra l-erbatax tal-Premier,  disgħa huma mill-1 Diviżjoni, ħamsa mit-2 Diviżjoni, u erbgħa mill-1 Diviżjoni tal-Gozo Football League.

Is-sitt timijiet li spiċċaw fl-ewwel sitt postijiet tal-Kampjonat BOV Premier l-istaġun li għadda kienu seeded.

Il-polza tat-3 Round irriżultat hekk:

Balzan – San Ġwann

Żejtun Corinthians – Hibernians

Gżira Utd – Senglea Athletic

St Andrews – Valletta

Sliema Wanderers – Santa Lucia

Tarxien Rainbows – Ħamrun Spartans

Kerċem Ajax – Sirens

Floriana – Melita

Qormi – Swieqi Utd

Rabat Ajax – Mosta

Pembroke Athleta – Żabbar St Patrick

Birkirkara – Nadur Youngsters

Żebbuġ Rangers – Victoria Hotspurs

Gudja Utd – Lija Athletic

Mqabba – Pietà Hotspurs

Xewkija Tigers – Mġarr Utd

Tlieta għadaqstant il-konfronti diretti bejn timijiet tal-Premier: waqt li t-timijiet Għawdxin irnexxielhom jevitaw lil xulxin, b’Kerċem u Xewkija jitilgħu biex jilagħbu “home” fil-Gozo Stadium.

Il-partiti tat-3 Round jintlagħbu fil-weekend bejn id-29 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru.

S’issa ntlagħbu b’kollox 35 partita f’din l-edizzjoni tal-FA Trophy, li fihom ġew skurjati 130 goal. Żewġ partiti biss marru għall-ħin barrani.

Magħruf ukoll intant diġà kontra min se jiġu t-timijiet li jgħaddu għar-4 Round, li jintlagħab bejn l-24 u s-26 ta’ Jannar:

Qormi/Swieqi  v Tarxien/Ħamrun

Balzan/San Ġwann v Sliema/Sta Lucia

Pembroke/Żabbar v Żejtun/Hibernians

Żebbuġ/Victoria H. v Gudja/Lija

Mqabba/Pietà v Xewkija/Mġarr

Floriana/Melita v Gżira/Senglea

St Andrews/Valletta v Kerċem/Sirens

Rabat/Mosta v Birkirkara/Nadur

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Futbol lokali

Floriana FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tas-sekondi ilu mill-Kunsill tal-Malta Football Association. Il-voti ntefgħu hekk: 47 favur il-klassifiċi preżenti, 18 kontra, u astjenew 10 persuni. Dan…

Futbol lokali

L-ewwel vot li ttieħed illum wara nofsinhar fil-Kunsill tal-MFA kien dak favur li l-ebda tim ma jiġi relegat mill-ebda diviżjoni. 45 vot kien favur din il-mozzjoni mentri 18 ivvutaw li…

Aktar