Futbol lokali
FA Trophy: Illejla titkompla Pietà H. – Gżira UTD u jintlagħbu żewġ kwartifinali oħra

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet minn erbgħa tal-FA Trophy, b’żewġ logħbiet fl-Istadium Nazzjonali u oħra fil-Hibernians Stadium.

Fl-Istadium Nazzjonali, l-ewwel ser titkompla l-kwartifinali bejn Pietà Hotspurs u Gżira United, liema kwartifinali kellha tiġi abbandunata fid-89 minuta minħabba maltempata tas-silġ li kienet għamlet fi Frar li għadda. Sa dak il-ħin ir-riżultat kien għadu ta’ 1-1 u allura ma tkunx sorpriża li l-logħba tmur għall-ħin barrani u jekk ir-riżultat jibqa’ indaqs, jingħataw il-penalties.

Il-logħob kollu tal-lejla huwa dan:

Hibernians Stadium

19:00 Tarxien R. – Balzan

Stadium Nazzjonali

19:00 Pietà H. 1 Gżira UTD 1 (titkompla mid-89 minuta)

20:00 Mosta – Birkirkara

Il-kwartifinali l-oħra, dik bejn Hibernians u Valletta ser tintlagħab nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju fis-18:30 fl-Istadium Nazzjonali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta………1 Birkirkara..1 B’Kara FC baqgħu bla rebħa wara 4 logħbiet meta ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Mosta FC. Wara 6 minuti logħob xutt ta’…

Futbol lokali

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. S’issa, it-tim promoss ta’ Sirens flimkien ma’ Senglea A. u Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, kollha b’7 punti,…

Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Aktar