Futbol lokali
FA Trophy: Bidu tajjeb għat-timijiet Għawdxin fir-Round Preliminari
Xagħra Utd u Victoria Hotspurs jgħaddu għall-1 Round

Ingħata bidu għall-edizzjoni 2019-20 tal-FA Trophy b’żewġ partiti mir-round preliminari fil-Gozo Stadium bejn timijiet Maltin u Għawdxin.

Fl-ewwel logħba r-rebbieħa tal-kampjonat tat-2 diviżjoni t’Għawdex Xagħra Utd għelbu lit-team tat-tielet diviżjoni tal-MFA Santa Venera Lightnings 2-0 b’doppjetta ta’ De Souza Ferreira: u warajhom iċ-champions Għawdxin Victoria Hotspurs umiljaw lil Mdina Knights tat-tielet diviżjoni Maltija wkoll 7-0, b’Elton ta’ Silva jiskorja hattrick.

Bejn is-Sibt u t-Tnejn jintlagħbu sitt partiti oħra mir-round preliminari, b’aktar timijiet Għawdxin u mit-tielet diviżjoni fl-azzjoni.

Il-partiti tal-ewwel round propja jintlagħbu bejn il-Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 ta’ dan ix-xahar.

Il-programm kollu tar-Round Preliminari:

Il-Ġimgħa

Gozo Stadium

Xagħra Utd – Sta Venera Lightnings 2-0

Victoria Hotspurs – Mdina Knights 7-0

Is-Sibt

Sirens Stadium

18:00 Għaxaq – Żebbuġ Rovers

20:15 Siġġiewi – Marsaskala

Victor Tedesco Stadium

18:00 Ta’ Xbiex – Munxar Falcons

20:15 Kirkop Utd- Kerċem Ajax

It-Tnejn

Gozo Stadium

18:00 Victoria Wanderers – Għajnsielem

20:00 St Lawrence Spurs – Xewkija Tigers

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Futbol lokali

Futbol lokali: Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Xuereb beda l-istaġun ma’ Mosta FC u lejn l-aħħar ta’ Jannar ingħaqad ma’ Gżira United. Anthony Scicluna…

Futbol lokali

MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE 2019/20 White Eagles komplew bil-mixja pożittiva tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva tal-Malta Mini-Football League li qed isir fil-grawnd tal-Marsa. Min-naħa l-oħra r-rivali tagħhom…

Aktar