Futbol lokali
FA Trophy l-aħħar 32: Floriana kontra Santa Lucia, Balzan kontra Mosta u Hamrun Spartans jilagħbu f’Għawdex kontra Sannat Lions

Illum telgħu l-poloz tal-kompetizzjoni FA Trophy tal-Malta Football Association. Fil-polza kien hemm 32 tim, 16 mill-kampjonat Premier, 10 miċ-Challenge League, 5 timijiet Għawdxin u tim wieħed min-National Amateur League.

Il-partiti se jintlagħbu bejn it-2 u l-4 ta’ Frar u d-9 u l-11 ta’ Frar. Fil-polza kien hemm seba’ timijiet seeded, l-ewwel sitta li spiċċaw fil-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier fl-istaġun li għadda u Balzan, il-holders tat-Trophy. Il-poloz kienu dawn:

Floriana – Santa Lucia

Valletta  – Gudja Utd

Hibernians – Żejtun Corinthians

Sirens – Fgura United

Birkirkara – Lija Athletic

Gżira United – Mqabba

Balzan – Mosta

Żebbuġ Rangers – Marsa

St Andrews – Sliema Wanderers

Nadur Youngsters – Senglea Athletic

Għajnsielem – Victoria Hotspurs

Qormi – Tarxien Rainbows

Sannat Lions – Hamrun Spartans

Pembroke Athleta – Marsaxlokk

Naxxar Lions – Swieqi Utd

Birżebbuġa St Peters – Xagħra United

 

Iktar qabel, kien imiss jitilgħu l-poloz tas-semifinali tal-kompetizzjoni National Amateur Cup. Il-partiti se jintlagħbu bejn l-20 u l-21 ta’ Frar. Il-poloz kienu dawn:

Żurrieq – Birżebbuġa St Peters

Msida St Joseph – Siġġiewi

 

Telgħu wkoll il-poloz tal-kompetizzjoni tan-Nisa U/15, Knock Out tal-Ewwel Rawnd. Il-poloz kienu dawn:

Żebbuġ Rangers – Kirkop Utd

Mġarr Utd – Swieqi Utd

Mtarfa FC – Birkirkara

Miktub minn...
TVM Sport