Futbol lokali
FA Trophy: L-ebda problema għal Floriana, jiskurjaw sitta kontra Melita

Floriana ma sabu l-ebda problema biex għelbu lil Melita bi skor ta’ 6-1.

Fl-20 minuta Floriana fetħu it-triq tal-gowls, wara żball fid-difiza ta’ Melita, il-ballun wasal għand Augusto Caseres li ma kellux diffikulta jitfa’ f’xibka vojta.

Fit-23 minuta korner ta’ Diego Venancio qajjem taħwida taħt il-lasti ta’ Melita biex finalment il-goalkeeper Cauchi dawwar f’korner b’diffikulta u ftit wara, korner ieħor ta’ Venancio u kien Axl Xuereb li tajjar il-periklu minn fuq il-linja.

Fit-34 minuta l-kross ta’ Jurgen Pisani u b’daqqa ta’ ras Augusto Cesares tefa’ l-ballun wara Cauchi.

Ħames minuti wara Floriana skurjaw it-tielet gowl tagħhom wara ħarġa ħażina tal-goalkeeper Cauchi kien Tiago Fonseca li ma kellu l-ebda diffikultà iżid l-skor għall-Greens u qabel spiċċat l-ewwel taqsima Floriana kisbu r-raba’ gowl minn penalty meta twaqqa Ceseres u mil-11-il metru Diego Venancio għeleb lil Cauchi.

Fil bidu ta’ tieni taqsima Melita naqsu l-skor, il-korner ta’ Daniel William Claridge u b’daqqa ta’ ras Jean Pierre Attard għeleb lil Spiteri.

Fis-66 minuta xutt b’saħħtu tas-sostitut Bradley Sciberras u Cauchi salva b’diffikulta.

Fit-73 minuta wasal il-ħames gowl Furjaniż meta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa, Diego Brandon Paiber għeleb kollox lil Cauchi u ftit wara il-captian Clyde Borg b’lob għeleb lil goalkeeper ta’ Melita.

Erba’ minuti mit-tmiem kross ta’ Jurgen Pisani u it-tenattiv ta’ Caseres spiċċa mal-lasta l-wieqfa.

Referee – Malcolm Spiteri

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 GŻIRA UTD……1 SANTA LUCIA..2 Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 SIRENS FC……..2. MOSTA FC…….0. Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella….

Futbol lokali

Marsa St Michael u Valletta St Pauls baqgħu ras imb’ras fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA meta rebħu b’mod drammatiku l-konfronti rispettivi tagħhom. It-tnejn li huma għandhom 13-il punt fil-klassifika u hekk…

Aktar