Futbol lokali
FA Trophy: L-ebda problema għal Tarxien Rainbows

FA TROPHY 2017/18

Tarxien R……3

Swieqi Utd….0

Ref : Jude Amin Utulu.

Wara 4 minuti logħob, xutt b’saħħtu ta’ Andrew Agius u l-goalkeeper Debattista dawwar f’korner u ftit wra xutt fil-baxx ta’ Matar Dieye u Debattista reġa’ salva b’diffikultà.

F’10 minuta ħarba fuq il- lemim ta’ Dean Grech bix- xutt tiegħu ġie salvat b’diffikultà minn Chetcuti.

Fit 13-il minuta xutt bid- dawra ta’ Roderick Taliana, reġa’ salva Chetcuti.

Fl-24 minuta xutt fil-baxx ta’ Matteo Desira Buttiegieg, salva bis-sieq il-goalkeeper Debattista.

Fit 32 minuta freekick mogħti minn Roderick Taliana u daqqa ta’ ras ta’ Ion-Alin Margarit għaddiet ftit barra.

Fit 38 minuta Tarxien marru fil-vantaġġ meta Matteo Desira Buttiegieg ta lil Matar Dieye b’xutt fil-baxx għeleb lil Debattista.

Fil-41 minuta ċans kbir għal Tarxien li jirduppjaw meta Ricardo Faria ikkrosja taħt il-lasti ta’ Swieqi iżda Dieye naqas li jikkonkludi għal ġewwa .

Wara żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Tarxien reġgħu marru fuq l-attakk u xutt b’saħħtu ta’ Matthew Brincat reġa’ ġie salvat bis-sieq minn Debattista però 10 minuti wara freekick dirett angulat li ngħata minn Matthew Brincat għeleb għal kollox lill-goalkeeper ta’ Swieqi għal skor ta’ 2- 0.

Ħames minuti wara Tarxien aċċertaw ir- rebħa tagħhom meta Matar Dieye baqa’ javvanza fuq ix- xellug u b’xutt fil baxx għeleb lil Debattista.

Fit 78 minuta Tarxien reġgħu kienu perikulużi meta xutt ta ‘Ricardo Faria ġie imdawwar f’korner minn Debattista.

Lejn l-aħħar tal partita Swieqi sfaw b’għaxar players meta r-referee keċċa lil Kyle Muscat wara li ntwera it-tieni karta safra.

Referee : Jude Amin Utulu.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Problemi imminenti għal Club tal-Premier Ħamrun Spartans hekk kif dawn qedgħin jaffaċjaw projbizzjoni immedjata mill-Malta Football Association. Jidher li il-Board li jisma’ l-ilmenti tal-player u l-kowċis fi ħdan l-MFA ta…

Futbol lokali

Fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Association li saret illum wara nofsinhar, intqal li bejn l-Assoċjazzjoni u l-ex kowċ nazzjonali Tom Sainfiet intlaħaq ftehim finanzjarju dwar somma li se tkun qed titħallas…

Futbol lokali

Dalgħodu saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-Club ta’ Mosta FC fejn dawn ħabbru uffiċjalment quddiem il-membri tagħhom li l-kumitat laħaq ftehim mal-kowċ taljan Enrico Piccioni li se jkun qed jagħmel ir-ritorn…

Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Fi sforz sabiex isaħħu l-iskwadra għall-staġun ieħor Ħamrun Spartans permezz tal-President tagħhom il-Naplitan Nunzio Antignani u l-Aġent Gaetano Giovanni Farruggio qed jesploraw il-possibilita’ li jiffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-klabb Spanjol…

Aktar