Futbol lokali
FA Trophy – L-Għawdxin ta’ Xewkija T. u Kerċem A. jgħaddu għar-round li jmiss

F’Għawdex illum kellna żewġ partiti mill-kompetizzjoni The FA Trophy (powered by BOOST), it-tielet rawnd, li ntlagħbu fil-Kerċem Ajax Stadium.

Fl-ewwel logħba, rebħa kbira għal Xewkija Tigers kontra Vittoriosa Stars bl-iskor ta’ 4-0. Il-gowls jaslu kollha fit-tieni taqsima minn Rodney Buttigieg fit-62 minuta, dopjetta ta’ Claudio Antunes fil-81 u t-83 minuta u gowl ieħor ta’ Joseph Mario Vella fid-90 minuta.

Fit-tieni logħba Kerċem Ajax xejnu għal kollox l-isfida ta’ Żebbuġ Rangers meta rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 5-1. L-Ajax irnexxilhom jiskurjaw tliet darbiet fl-aħħar tliet minuti tal-ewwel taqsima, meta l-ewwel Andrew Mizzi fit-42 minuta, warajh Jean Paul Mizzi fl-44 minuta, u minuta wara Ognjen Rolovic prattikament għalqu l-logħba qabel il-mistrieħ. Mas-siegħa logħob Rafael da Silva Gomes reġa’ daħħal lil Żebbuġ fil-logħba meta naqqas d-distakk, imma Andrew Mizzi fit-62 minuta u Aleksandar Komljenovic fil-71 minuta reġgħu skurjaw darbtejn oħra għal Kerċem biex għamlu r-riżultat 5-1. Kerċem Ajax issa jilqgħu lit-tim ta’ Qrendi fir-raba’ round ta’ din il-kompetizzjoni.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Problemi imminenti għal Club tal-Premier Ħamrun Spartans hekk kif dawn qedgħin jaffaċjaw projbizzjoni immedjata mill-Malta Football Association. Jidher li il-Board li jisma’ l-ilmenti tal-player u l-kowċis fi ħdan l-MFA ta…

Futbol lokali

Fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Association li saret illum wara nofsinhar, intqal li bejn l-Assoċjazzjoni u l-ex kowċ nazzjonali Tom Sainfiet intlaħaq ftehim finanzjarju dwar somma li se tkun qed titħallas…

Futbol lokali

Dalgħodu saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-Club ta’ Mosta FC fejn dawn ħabbru uffiċjalment quddiem il-membri tagħhom li l-kumitat laħaq ftehim mal-kowċ taljan Enrico Piccioni li se jkun qed jagħmel ir-ritorn…

Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Fi sforz sabiex isaħħu l-iskwadra għall-staġun ieħor Ħamrun Spartans permezz tal-President tagħhom il-Naplitan Nunzio Antignani u l-Aġent Gaetano Giovanni Farruggio qed jesploraw il-possibilita’ li jiffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-klabb Spanjol…

Aktar