Futbol lokali
FA Trophy – L-Ispartans jistennew sal-ħin barrani biex jagħmluha mal-aħħar sittax

Gżira UTD…….0

Ħamrun S……..1 (aet)

Kellu jkun il-ħin barrani biex jiddetermina min se jgħaddi għall-aħħar sittax ta’ The FA Trophy (powered by BOOST) u kienu propju Ħamrun Spartans li għelbu l-isfida ta’ Gżira United biex issa jiltaqgħu kontra Sliema Wanderers f’Jannar wara rebħa minima ta’ 1-0.

36 min – Roderick Briffa jitfa’ ballun ‘l fuq fejn isib lil Samba Tounkara li bid-daqqa ta’ ras tiegħu tegħleb lil keeper Sultana iżda jsib lid-difensur Ħamruniż Zerafa attent u pront li jirnexxielu jaqla’ l-ballun minn fuq il-linja.

42 min – xutt ta’ Marino Clavero minn barra l-kaxxa jimpenja xi ftit lil Justin Haber, b’dan jippanċja l-ballun ‘il barra.

62 min – Andrew Cohen jqassam lejn Samba Tounkara fil-kaxxa, bix-xutt ta’ dan l-attakkant isib lil Sultana attent u jsalva parzjalment, bil-ballun jaħbat mal-mimduda biex eventwalment Sultana jżomm il-ballun.

64 min – xutt tal-istess Samba Tounkara minn pożizzjoni angolata jegħleb lil Steve Sultana għal kollox iżda mhux il-lasta hekk kif il-ballun jerġa’ jaħbat mal-mimduda.

67 min – Succi jirnexxielu jirbaħ dwell ma’ Macheda Neto biex jitfa’ ballun għan-nofs fejn isib lil Lydon Micallef li ma jolqotx il-ballun kif mixtieq, bid-difiża ta’ Gżira tikklerja l-periklu.

75 min – kross ta’ Criarco jsib lil Succi żmarkat, bix-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Justin Haber.

U minħabba li sad-90 minuta r-riżultat baqa’ 0-0 il-logħba marret għall-ħin barrani.

100 min – freekick ta’ Espindola jsib lil Lydon Micallef li bir-ras iwaqqa’ l-ballun għan-nofs fejn isib lil Tiago Souza Da Silveira li jmattar siequ u jitfa’ fix-xibka.

120 min – kross ta’ Gary Muir, bil-ballun jaqa’ f’saqajn il-captain Moises Avila Perez iżda x-xutt tiegħu ma jkunx wieħed preċiż, bil-ballun jispiċċa ftit barra.

Riżultat finali: Gżira UTD 0  Ħamrun S. 1 (wara l-ħin barrani)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

BOV Super Cup 2017/18 Hibernians….0 Floriana………1 Floriana rebħu s-Super Cup għat-tieni darba fl-Istorja tagħhom, meta għelbu liċ-Champions Hibernians bl-skor ta’1-0 bil-gowl ikun skurjat fl-ewwel taqsima. Din il-finali kienet bejn ic-Champions…

Futbol lokali

Il-Goals tal-Gozo Football League l-1 Divijoni ta’ tmiem il-ġimgħa. Fil-kampjonat BOV GFL l-1 Diviżjoni: Victoria Hotspurs irritornaw għar-rebħ biex żammew il-punt vantaġġ u baqgħu bla megħluba fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu…

Futbol lokali

L-MFA ħabbret is-sospensjonijiet li ġew imposti mill-kummissarju tad-dixxiplina wara l-logħbiet tat-13 -il ġurnata tal-kampjonat BOV Premier li saru fi tmiem il-ġimgħa: Il-players sospiżi huma seba’. Ħames players weħlu sospensjoni ta’…

Futbol lokali

Hibernians għar-raba’ darba: jew Floriana għat-tieni darba. Iż-żewġ timijiet attwalment il-ħames u r-raba’ fil-kampjonat nhar l-Erbgħa jiffaċċjaw lil xulxin għall-ewwel unur tal-istaġun tal-football domestiku: il-BOV Super Cup: trofew li l-ebda…

Aktar