Futbol lokali
FA Trophy: Mosta fil-kwarti tal-finali wara li eliminaw lil Santa Lucia b’żewġ gowls fit-tieni taqsima

FA TROPHY 2020/21

Mosta……………2

Santa Lucia……0

Mosta jaqtgħu passaġġ għal mal-aħħar 8 b’2 gowls fit-tieni taqsima kontra t-tim minn Santa Lucia. Kienet partita fejn Mosta kienu aħjar mill-avversarji, b’Santa Lucia pero’ li kienu wkoll traskurati kultant f’xi azzjonijiet li kellhom.

Fis-6 minuta, Mosta joħolqu l-ewwel azzjoni, x-xutt ta’ Zachary Brincat fil-kaxxa mil-lemin meta jieħu ballun tajjeb fl-arja, ballun barra mil-lasti ta’ Miguel Montfort.

Fil-41 minuta, St.Lucia jirrispondu b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa mix-xellug ta’ Kevin Ante Rosero, ballun imtajjar f’korner mill-gowlkeeper ta’ Mosta, il-Franċiż Christoffer Mafoumbi.

Fit-tieni taqsima, 50 minuta u Santa Lucia b’ċans kbir li jmorru fil-vantaġġ, kross mil-lemin ta’ Augusto Caseres, Kevin Ante Rosero jitfa’ inkredibilment għoli minn quddiem Mafoumbi.

Fl-54 minuta, pero’ tar-Rotunda jmorru fil-vantaġġ, ix-xutt verament sabiħ minn ġol-kaxxa ta’ Christ Ememe, ballun fin-naħa t’isfel tax-xibka li jegħleb lil Miguel Montfort, għal Santa Lucia 0-1 Mosta.

Fit-63 minuta, Santa Lucia jkollhom azzjoni tajba, free-kick mix-xellug ta’ Victor Luiz Filho, daqqa ta’ ras ta’ Andre Rodrigues Prates, ballun salvat f’korner minn Mafoumbi.

Fis-77 minuta, Santa Lucia b’ċans ieħor inkredibbli għall-parita, pero’ Rei Tachikawa mix-xellug jitfa’ għoli minn taħt il-lasti Mostin.

Fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima, Mosta saħansitra jirdupjaw, grazzi għal Matias Muchardi b’xutt fil-baxx mix-xellug fil-kaxxa.

Referee-Philip Farrugia

Formazzjonijiet-

St.Lucia-M.Montfort, T.Tabone Desira, A.Rodrigues Prates, K.Correia, L.Motta (65′ A.Magri Overend), K.Ante Rosero (C), V.Luiz Filho, J.Zerafa, A.Caseres, R.Tachikawa, K.Xuereb (65′ N.Pulis)

Mosta-C.H.Mafoumbi, C.Ememe, J.Bezzina (90 +’ Duane Bonnici), C.Failla, T.Farrugia (C) (52′ D.Debono), D.Naah, M.Muchardi, R.Morisco, Z.Brincat (75′ M.Mifsud), B.Kaljevic, J.Rodriguez Ekani

 

 

Miktub minn...
TVM Sport