Futbol lokali
FA Trophy: Mosta jiskurjaw sebgħa kontra Rabat Ajax

Kif kien mistenni Mosta avvanzaw għar-raba’ rawnd tal-FA Trophy meta bl-iktar mod faċli għelbu lil Rabat Ajax 7-0, b’Zachary Brincat jiskorja tlieta mis-seba’ gowls tal-Mostin

Mosta fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta minn kross ta’ Brincat, Muchardi ikkontrolla tajjeb u minn pożizzjoni angolata għeleb lil Zammit.

Mosta komplew jattakkaw u kellhom diversi tentattivi oħra ta’ skor sakemm wasal it-tieni gowl fis-27 minuta meta minn kross ta’ Gomes, Zachary Brincat ikkontrolla tajjeb u għeleb lil Zammit b’xutt fil-baxx.

Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Mosta jagħmulhom tlieta b’azzjoni mibdija minn Gomes li żmarka lil Dexter Xuereb li daħal tajjeb u spara fix-xibka.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Mosta għamluhom erbgħa, b’xutt mill-isbaħ ta’ Zachary Brincat li ħalla lill-goalkeeper Rabti jħares. Ħames minuti wara jasal anki l-ħames gowl fejn kien hemm xutt imblukkat mid-difiża bil-ballun jasal għand Diouf li skorja b’xutt mill-ewwel.

Kwarta mit-tmiem Mosta għaqqdu n-nofs tużżana meta Diouf skorja mill-viċin b’daqqa ta’ ras. Fit-80 minuta Zachary Brincat għaqqad il-hat-trick meta għeleb lis-sostitut goalkeeper Borg għas-seba’ gowl Mosti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 GŻIRA UTD……1 SANTA LUCIA..2 Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 SIRENS FC……..2. MOSTA FC…….0. Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella….

Futbol lokali

Marsa St Michael u Valletta St Pauls baqgħu ras imb’ras fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA meta rebħu b’mod drammatiku l-konfronti rispettivi tagħhom. It-tnejn li huma għandhom 13-il punt fil-klassifika u hekk…

Futbol lokali

It-tieni partita tal-ġurnata mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal-lum ġiet posposta minħabba qtugħ ta’ dawl f’waħda mill-floodlights tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. L-inċident seħħ fis-47 minuta hekk kif kienet għadha kif bdiet…

Aktar