Futbol lokali
FILMAT – FA Trophy: Pembroke u Swieqi l-ewwel timijiet ikkwalifikati

FA TROPHY 2019/20 

It-Tielet Rawnd 

Pembroke Athleta……..6

Żabbar St Patrick ……..0

Pembroke Athleta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Żabbar St Patrick bl-iskor ta’ 6-0.

Fis-16-il minuta, Pembroke ngħataw penalty meta wara azzjoni ta’ frikik, difensur ta’ Żabbar mess il-ballun b’idu. Mill-ħdax-il metru kien Jean Pierre Mifsud Triganza li għeleb lill-gowlkiper Liam Lagana.

Fil-31 minuta Pembroke irduppjaw l-iskor meta kien l-istess Mifsud Triganza li din id-darba wettaq assist lejn Luka Mijic li minn żewġ passi bogħod xeħet ġewwa.

Żabbar dehru mifxula u pront qalgħu t-tielet wieħed meta fil-35 minuta, kien Luka Mijic li rċieva through pass tajjeb u wiċċ imb’wiċċ ma’ Lagana ma kellu l-ebda diffikulta’ jiskorja t-3-0.

Fit-39 minuta, Pembroke għamluhom 4-0 meta wara kontrattakk veloċi, il-ballun wasal għand Oliveira Santos li wara li antiċipa lill-gowlkiper skorja f’lasta vojta.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Pembroke 4-0 minn fuq.

Il-logħba baqgħet għaddejja fuq l-istess ritmu anke fit-tieni taqsima b’Pembroke isibu ċ-ċans jiskorjaw żewġ gowls oħra.

Fil-fatt kien fis-60 minuta li Luka Mijic għaqqad hat-trick personali meta fajjar xutt minn barra l-kaxxa li ħasad lil Lagana.

Finalment Pembroke għaqqdu n-nofs tuzzana fis-86 minuta meta din id-darba kien Darko Todorovski li bir-ras għeleb lil Lagana.

Skor Finali: Pembroke 6 Żabbar 0

Referi kien Massimo Axisa.

Qormi…………..2

Swieqi…………..2

(Swieqi rebħu 5-4 wara l-għoti tal-penalties)

Swieqi United kellhom imorru għal-lotterija tal-penalties sabiex eliminaw lil Qormi FC.

Swieqi United marru fil-vantaġġ fl-10 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Ebenezer Ayorinde li għeleb lill-keeper Jamie Azzopardi.

It-tim bil-flokkijiet oranġjo irdoppja l-iskor 12-il minuta wara meta kien għal darb’oħra Ayorinde li sab ix-xibka wara xutt tajjeb.

Qormi bdew jattakkaw fit-tentattiv li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u rnexxielhom jagħmlu dan fit-32 minuta meta wara azzjoni tajba, kien Tensior Guzman li sab il-ballun ma’ siequ u f’lasta vojta mill-viċin tefa’ l-ballun ġewwa.

Hekk kif l-ewwel taqsima għalqet bi Swieqi 2-1 minn fuq, Qormi għamlu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima u wara diversi tentattivi rnexxielhom iġibu d-dro fit-73 minuta minn frikik verament sabiħ ta’ Michael Borg li ħalla lil Craig Abdilla bejn il-lasti ta’ Swieqi jħares.

Fl-84 minuta, Qormi kellhom iċ-ċans tad-deheb li jiskorjaw il-gowl tal-kwalifikazzjoni meta ngħataw penalty li iżda ma ġiex skorjat minn Chris Matombo li xeħet inkredibilment għoli.

Il-logħba ma żblukkatx ruħha lanqas fil-ħin barrani sabiex kellna mmorru għal penalties.

Għal Qormi sabu x-xibka Alan Abela, Gilmour Sammut, Chris Matombo, Sheldon Grech u fallew Alessio Casssar u  Michael Borg.

Għal Swieqi skorjaw Nunes Fernandez, Josuel Azzopardi, Marko Ivanovic, Alan Wismayer Schembri, Kyle Muscat u falla Matheus de Souza

Referi kien Alex Johnson.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

The Malta F.A Trophy ir-4 Rawnd  Valletta……..4  Sirens……….1 Valletta jaqtgħu passaġġ għall-kwarti finali ta’ The Malta FA Trophy, meta b’ċertu kumdita jegħlbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1 u jistennew issa…

Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Swieqi Utd………..1 Ħamrun SP……….3 Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb…

Futbol lokali

Żewġ gowls lejn it-tmiem kienu biżżejjed sabiex il-liders tat-tieni diviżjoni San Ġiljan Saints jaħsdu lil Valletta St Pauls u jeliminawhom mill-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out. It-tim minn San Ġiljan ingħaqad ma’ Versity…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Aktar