Futbol lokali
FA Trophy: Pietà Hotspurs fis-semifinali…jeliminaw lill-holders Balzan

FA TROPHY 2019/20 – KWARTI TAL-FINALI

BALZAN…..0

PIETA H. ….1

Pieta ssorprendew u eliminaw lill-holders tal-FA Trophy Balzan dan wara li huma kisbu rebħa bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku gowl tal-logħba jasal għoxrin minuta mit-tmiem.

Fis-6 minuta Balzan fuq l-offensiva b’Bozovic isib lil Ljubomirac li minn fuq il-lina tal-lemin tefa’ kross fil-kaxxa iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Adekoya għaddiet għolja fuq il-lasta. Ħames minuti wara kross ta’ Bozovic u Loof bir-ras indirizza ftit barra. F’nofs l-ewwel taqsima Balzan sfortunati li ma’ fetħux l-iskor hekk kif xutt mid-distanza ta’ Steve Pisani stampa mal-mimduda bil-gowlkeeper Chetcuti megħlub. Fl-34 minuta l-ewwel azzjoni tal-Hotspurs hekk kif pass ta’ Amehi sab lil Nicholas Pisani barra l-kaxxa bix-xutt tiegħu jgħaddi jħakkek mal-wieqfa. Biex minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima xutt ta’ Adekoya kien imblukkat f’korner minn Chetcuti.

Għaxar minuti fit-tieni taqsima u Balzan viċin li jiftħu l-iskor meta minn free kick ta’ Correa kien Effiong li bir-ras falla l-mira għal ftit. Balzan bdew issa aktar ikun perikolużi biex mas-siegħa logħob minn korner ta’ Pisani kien Bozovic li kompletament żmarkat bir-ras ikkonkluda ċentimetri barra. Iżda kontra x-xejra tal-logħob kienu l-Hotspurs li fetħu l-iksor meta fis-70 minuta Clive Gauci qassam lejn Jose Lucas Caetano u dan tal-aħħar hekk kif daħal fil-kaxxa venven xutt fil-baxx li ħabat u sieq il-lasta u spiċċa wara Naumovski. Balzan wettqu reazzjoni mmedjata fejn fis-76 minuta xutt ta’ Montebello stampa mal-lasta u żewġ minuti wara l-gowlkeeper Chetcuti salva fuq Effiong. Sat-tmiem Pieta’ kkontrollaw lill-avversarji biex kisbu post fis-semi finali tal-FA Trophy.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee Fyodor Zammit

Balzan :  K. Naumovski, A. Loof, D. Camilleri (P. Fenech 66’), A. Adekoya (A. Effiong 46’), S. Pisani, S. Bezzina (S. Dimic 66’), U. Ljubomirac, I. Bozovic, R. Correa Duarte, S. Arab, L. Montebello

Pieta H. :    M. Chetcuti, J. Ghio, D. Vukovic, C. Gauci (J. Scicluna 76’), N. Pisani (T.Bartolo 88’), C. Sammut, J. Caetano, S. Mizzi, K. Amehi (C. Bouvet 82’), L. Mckay, I. Jalo

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejer Malti Michael Mifsud, mil-lum sar plejer ta’ Sirens FC. Mifsud tħarreġ ma’ Sirens FC għall-ewwel darba lbieraħ filgħaxija u llejla se jkun qed jilgħab fil-partita ta’ ħbiberija kontra Hibernians….

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier ħabbar li plejer minn tal-ewwel skwadra tagħhom ittestja pożittiv għall-COVID-19. Dan hu l-aħħar każ ta’ coronavirus wara li l-ġimgħa l-oħra, Balzan ħabbru li kellhom tliet plejers…

Futbol lokali

Il-Kampjonat BOV Premier se jkun qed jibda kif skedat, fil-11 ta’ Settembru li ġej, iżda b’bibien magħluqa, ħlief għall-plejers u l-istaff tekniku, l-uffiċjali tal-klabbs u l-ġurnalisti. Dan ħabbru dalgħodu Bjorn…

Futbol lokali

Illum il-Club tal-Football ta’ Balzan ikkonferma li żewġ plejers oħra minn tagħhom irriżultaw pożitivi għal COVOD-19. Il-Club jumejn ilu kien ikkonferma li kellu l-ewwel plejer li rriżulta pożittiv wara test…

Aktar