Futbol lokali
FILMAT – FA Trophy: Pieta’ javvanzaw b’rebħa fuq Mqabba

FA Trophy 2019/20

It-Tielet Rawnd

Mqabba…….0

Pieta’ H……..3

Pieta H. jiksbu kwalifikazzjoni meritata għar-4 rawnd ta’ The Malta F.A Trophy b’rebħa ta’ 3-0 kontra t-tim mill-istess diviżjoni tagħhom, iġifieri l-ewwel diviżjoni, Mqabba. Mqabba li anke spiċċaw bil-goalkeeper imkeċċi lejn l-aħħar battuti tal-ewwel taqsima, li affetwat mhux ftit l-andament tal-partita tagħhom.

Fil-5 minuta, l-ewwel azzjoni tkun dik ta’ Mqabba, xutt t’Ion Alin Margarit minn ġol-kaxxa mil-lemin, ballun jgħaddi kemm kemm barra wara trijangulazzjoni tajba. Fit-13-il minuta, jerġgħu Mqabba, ‘free-kick’ minn tarf il-kaxxa t’Andrely Kouessabio Makela, ballun għand Jacob Chircop St.John bejn il-lasti ta’ Pieta.

37 minuta u ‘handsball’ fil-kaxxa mill-plejer ta’ Mqabba Alexsandro Ferreira, bir-referee Mario Apap jordna l-‘penalty’, fejn mill-11-il metru Jose Lucas Caetano ma jiżbaljax, għal Mqabba 0-1 Pieta H.

45 minuta, u Pieta’ jirdupjaw, kontraattakk ta’ Pieta’ fejn Jake Bone jgħaddi ‘l quddiem lil Jose Lucas Caetano bl-ewwel xutt tiegħu jiġi milqugħ parzjalment minn Fredrick Tabone, b’Caetano imbagħad jiġi mwaqqa’ mill-istess Tabone, bir-referee jordna ‘penalty’ ieħor u jkeċċi lil Fredrick Tabone, u Jose Lucas Caetano mill-‘penalty’ għal darba oħra ma jfallix, jegħleb lil Duane Carabott li daħal bħala sostitut flok Margarit, wara t-tkeċċija ta’ Fredrick Tabone.

Tmiem l-ewwel taqsima-Mqabba 0-2 Pieta H.

51 minuta, Mqabba jkollhom ċans tajjeb li jnaqqsu d-distakk, meta mill-kaxxa Paul Chimezie mix-xellug jgħaddi lejn Alexsandro Ferreira li minn quddiem il-lasti jispara inkreddibilment għoli.

59 minuta, u Pieta H. jagħmluhom 3, jirċievi ballun tajjeb James Scicluna bid-difiża t’Imqabba tinqabad fuq sieq waħda, li wiċċ ‘imb wiċċ ma’ Duane Carabott, James Scicluna jitfa’ fix-xibka, Mqabba 0-3 Pieta H.

Riżultat finali-Mqabba 0-3 Pieta H.

Referee-Mario Apap

Pieta H. issa jaffrontaw ir-rebbieħ bejn Xewkija u Mgarr U., fir-raba’ rawnd ta’ The Malta F.A Trophy.

Formazzjonijiet:

Mqabba-F.Tabone (C), E.Zammit, Y.Omuro, I.A.Margarit, A.Ferreira, K.Magro, J.Micallef, P.Chimezie, A.K Makela, N.A Micallef, M.Caruana

Pieta’ H.-J.Chircop St.John, T.Bartolo, N.Pace Cocks (C), J.Bone, C.Gauci, K.Mifsud, J.Lucas Caetano, S.Mizzi, L.Mckay, I.I.Jalo, J.Scicluna

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tlettax-il plejer ġej sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Dawn il-plejers kienu kkonfermati fi stqarrija mibgħuta mill-MFA wara d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju tad-Dixxipplina. Il-plejers huma: Paul Fenech u Steve Pisani ta’ Balzan, Cain…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kiseb rebħa tajba ta’ 3-1 kontra l-Bulgarija fit-tieni logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet. Wara d-dro ta’ 2-2 tal-Ħadd li għadda lbieraħ waslet…

Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Aktar