Futbol lokali
FILMAT – FA Trophy: Rebħa faċli għal Valletta fuq il-‘Vjola’

FA TROPHY 2019/20

It-Tielet Round

St. Andrews…..0

Valletta………..4

8 minuti logħob freekick għal Valletta li inkariga minnu Douglas Packer bil-ballun fit-tul lejn Tullimieri biss il-goaler ta’ St. Andrews Nicholas Grima jantiċipa bil-ballun jispiċċa barra.

18 -il minuta Valletta jmorru fil-vantaġġ meta minn corner ballun perfett fuq Jean Borg li bir-ras tefa’ fix xibka wara l-goaler Nicholas Grima.

26 minuta u Valletta jirduppjaw meta pass ta’ Joseph Zerafa ballun għand Packer u mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

30 minuta u Valletta jalqu l-logħba meta corner ta’ Tullimieri ballun fuq Steve Borg li bir-ras tefa’ fix-xibka.

35 minuta jasal ir-raba’ goal għal Valletta meta cross ta’ Joseph Zerafa iniżżel tajjeb Steve Borg u xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.

Tmiem l-ewwel taqsima St. Andrews 0 Valletta 4

L-unika azzjoni denja ta’ nota tat-tieni taqsima waslet fis-87 minuta meta pass ta’ Nwoko lejn Tulimieri li baqa’ javvanza u waħdu quddiem Grima tefa l-ballun barra.

Riżultat Finali: St Andrews 0 Valletta 4

Referee: Andrea Sciricha

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-team tal-Ministeru għal Għawdex kompla għaddej b’rebħa oħra kbira fi Grupp B tal-Kampjonat 5-a-side meta għelbu lil FIAU 13-5 biex irreġistraw ir-raba’ rebħa minn daqstant logħbiet u, minkejja li jonqoshom…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Ir-4 Round Victoria Hotspurs….1 Gudja Utd…………….3 FA Trophy: Partita waħda li ntlagħbet fil-Gozo Stadium f’Għawdex illum ukoll mir-raba’ rawnd, Gudja għelbu lil Victoria Hotspurs bi skor ta’…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Ir-4 Round Valletta……..4 Sirens……….1 Valletta jaqtgħu passaġġ għall-kwarti finali ta’ The Malta FA Trophy, meta b’ċertu kumdita jegħlbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1 u jistennew issa l-polza…

Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Swieqi Utd………..1 Ħamrun S……….3 Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb…

Aktar