Futbol lokali
FA Trophy: Rebħa faċli għal Żejtun

FA Trophy 2017/18

Marsaxlokk….0

Żejtun…………3

Tliet gols fl-ewwel kwarta kienu biżżejjed biex Żejtun Corinthians jgħaddu għall-aħħar sittax u jilagħbu kontra Mosta wara rebħa komda ta 3-0 fuq Marsaxlokk.

2 min – Andre cassar b‘daqqa ta ras qasira lura lejn il-keeper tiegħu Justin Spiteri, dan jinqabad barra l-kaxxa u jizloq, biex japprofitta minn dan l-iżball Luis Andrea De Melo li f’lasta vojta jitfa’ l-ballun fix-xibka.

15 min – Tanaka jgħaddi pass tajjeb lejn De Melo li b’xutt fil-pront ta dan l-istess plejer jispara l-ballun fix-xibka biex jgħaqqad id-doppjetta personali tiegħu.

16 min -is sostitut Miguel Ciantar jfajjar xutt minn barra l-kaxxa, bil-ballun jkun devjat mid-difiża ta’ Marsaxlokk, li jkun biżżejjed biex iqarraq għal kollox bil-keeper u jħalli lil Justin Spiteri jħares lejn il- ballun dieħel fix-xibka.

19 min – freekick dirett tal captain ta’ Marsaxlokk Alan Tabone għal ftit ma jaħsadx lil Dunstun Zarb, b’dan attent u jdawwar il-ballun f’korner xlukkajr.

32 min – freekick mogħti qasir lejn Miguel Ciantar, bit-tentattiv tiegħu jkun salvat tajjeb fil-baxx u mdawwar f’korner mill-keeper ta’ Marsaxlokk Spiteri.

34 min – freekick dirett ieħor tal-captain Tabone, bil-keeper Zarb għal darb’oħra attent u jdawwar il-ballun f’korner għat-tim ta’ Marsaxlokk.

69 min – yessous lejn Scicluna, trevor cilia attent u pront u jisraqlu l ballun hekk kif ikun se jixxutja.

72 min – Alan Tabone jqassam lejn il-ġirja ta’ Trevor Cilia bix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jkun wieħed ċentrali, bil-keeper Zarb attent u jsalva bla ebda diffikulta.

84 min – xutt b’saħħtu tas-sostitut Peter Anizoba jsib lil Dunstun Zarb attent u jimblokka x-xutt.

Referee – Malcolm Spiteri

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Hibernians……2 Pieta’ …………..1 Gowl fil-ħin miżjud mis-sostitut Nicolas Taylon Correa ta’ rebħa drammatika lil Hibernians li għelbu lil Pieta’ Hotspurs bl-iskor ta’ 2-1. Minkejja t-telfa, Pieta’…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Birkirkara……1 Balzan…………0 B’penalty skorjat minn Jake Grech wara kwarta logħob Birkirkara kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun kontra Balzan f’konfront dirett bejn żewġ kontestanti għat-titlu. Rebħa li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Qormi………1 Senglea…….0 It-tim promoss ta’ Qormi bdew l-avventura tagħhom fil-Kampjonat Premier bl-aħjar mod meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0. Iż-żewġ timijiet dehru bl-iskwadra l-ġdida…

Futbol lokali

Mosta FC akkwistaw il-firma ta’ player żagħżugħ ieħor. Dan hu Messikan, ta’ 22 sena bl-isem ta’ Misael Miranda Gómez li kien fuq il-kotba ta’ St.Andrews l-istaġun li għadda. Il-player iffirma…

Aktar