Futbol lokali
FA Trophy: St Lucia jaħsdu lil Sliema Wanderers

Fil-konfront bejn iż-żewġ timijiet tal-Premier kienu St.Lucia li eliminaw lil Sliema Wanderers bl-skor ta’ 2-0.

Wara 7 minuti logħob Jean Paul Farrugia kompla lejn Juri Cisotti iżda dan minn taħt il-lasta ixxutja barra.

Fis 26 minuta free-kick li ngħata minn Kevin Ante Rosario u daqqa ta’ ras mill- viċin ta’ Rei Tachikawa tgħaddi ftit barra.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima azzjoni personali ta’ Kevin Ante Rosero li baqa’ javvanza fuq il-lemin pero x-xutt finali tiegħu ġie imblukkat mill-goalkeeper Elezaj.

Fil 55 minuta is-Saints marru fil-vantagg meta il-free-kick ta’ Kevin Ante Rosero ġie ddevjat minn difensur slimiż bil-ballun biddel id-direzzjoni  u spiċċa fix-xibka Slimiża.

Ftit wara kross ta’ Rei Tachikawa u t-tenettiv ta’ Diego Segura ġie mdawwar f’korner minn Elezaj.

Fit 80 minuta free-kick ta’ Camilo Escobar u daqqa ta’ras insidjuża ta’ Tachikawa tispiċċa ftit barra mil-lasta slimiża.

Ħames minuti mit-tmiem xutt angulat ta’ Kevin Ante Rosero u Elezaj  dawwar f’korner.

Minuta wara Sliema sfaw b’għaxar players meta tkeċċa Kurt Shaw għall-foul fuq Ante Rosero.

Fid-90 minuta St.Lucia aċċertaw il-kwalifikazzjoni għar-round li imiss meta free-kick ta’ David Mendoza ġie devjat għall darba oħra mid-difiza Slimiża bil-ballun jispiċċa fix-xibqa Slimiża.

Referee: Philip Farrugia

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Santa Lucija…0 Balzan…………3 Fl-ewwel partita li kellna fil-Hibs Stadium f’Kordin, Balzan għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Balzan kienu ġejjin minn draw kontra Hamrun filwaqt…

Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/2020 Birkirkara………….2 Sirens……………….0 Birkirkara reġgħu rritornaw għar-rebħ meta mingħajr xi diffikultà partikolari għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0. Kien hemm differenza ta’ 11-il punt fil-klassifika bejn dawn…

Futbol lokali

Il-President ta’ Hibernians FC, Tony Bezzina, illum ingħata l-Midalja ta’ Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Georga Vella. Il-Midalja ngħatat f’ċerimonja li saret fil-Belt Valletta. Il-President ta’ Malta ta…

Futbol lokali

Bejn illum u nhar il-Ħadd tintlagħab it-13-il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier u jiġi fi tmiemu l-ewwel round ta’ dan l-istaġun. Floriana għandhom test delikat kontra l-Wanderers il-Ħadd biex jippruvaw iżommu…

Aktar