Futbol lokali
FA Trophy: Tliet gowls fit-tieni taqsima jrebbħu lil Hibernians

MALTA FA TROPHY – IT-TIELET RAWND

Żejtun Corinthians ………….0

Hibernians……………………..3

Tliet gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed sabiex Hibernians jirbħu lil Żejtun Corinthians sabiex javvanzaw għar-raba’ rawnd ta’ din il-kompetizzjoni.

Fil-21 minuta kellna tentattiv ta’ Dunstan Vella filwaqt li fis-27 minuta xutt ta’ Joseph Mbong spiċċa ftit barra.

Fit-43 minuta Żejtun ittantaw xortihom b’xutt ta’ Jojo Ogonuppe li spiċċa għoli.

Bl-ewwel taqsima spiċċat fi dro ta’ 0-0.

Hibernians ħarġu ferm tajjeb fit-tieni taqsima u marru fil-vantaġġ fl-54 minuta meta kien Leonardo Nanni li nkariga ruħu minn frikik qasir bil-ballun jasal għand Andrei Agius li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Għaddew biss ftit minuti u l-Pawlisti rdoppjaw l-iskor u din id-darba kien Terence Groothusen li b’xutt tajjeb  għeleb għat-tieni darba lil Cassar.

Il-gowlkiper Żejtuni kien aħjar fil-61 minuta meta laqa’ tajjeb xutt tal-istess Groothusen.

Fil-65 minuta Hibernians jagħmluhom tlieta meta kien Joseph Mbong li insista mal-linja leminija u qata’ kross li sab lil Terence Groothusen li bir-ras xeħet il-ballun fix-xibka.

Skor Finali: Żejtun 0 Hibs 3

Referi kien Ishmael Barbara

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar