Futbol lokali
FA Trophy: Valletta b’wirja superjuri fuq Sirens

FA Trophy 2019/20

Ir-4 Round

Valletta……..4

Sirens……….1

Valletta jaqtgħu passaġġ għall-kwarti finali ta’ The Malta FA Trophy, meta b’ċertu kumdita jegħlbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1 u jistennew issa l-polza ta’ ġimagħtejn oħra, biex jaraw min se jkun l-avversarju tagħhom fl-aħħar 8.

Mal-ewwel sekondi tal-partita, Sirens b’ċans tajjeb mill-ewwel li jmorru fil-vantaġġ, kross mix-xellug ta’ Ricardo Faria, pero’ Flavio Cheverisan fil-kaxxa jolqot ħażin, bil-Beltin jeħilsu l-periklu.

Pero’ fit-8 minuta, Valletta jmorru minn fuq, korner mil-lemin ta’ Miguel Alba, daqqa ta’ ras tajba ta’ Bojan Kaljevic, ballun fix-xibka għal Valletta 1-0 Sirens.

Fit-13-il minuta, Sirens jirrispondu minn xutt ta’ Ricardo Faria minn ġol-kaxxa mix-xellug wara kross mil-lemin, ballun barra mil-lasti Beltin difiżi minn Yenz Cini.

Fis-16-il minuta, Enmy Pene Beltre ikollu kross mil-lemin għal Valletta, bix-xutt ta’ Matteo Piciollo, jsalva parzjalment David Cassar bejn il-lasti ta’ Sirens, bit-tim minn San Pawl il-Baħar jirnexxilhom mal-ħin jevitaw il-periklu.

Fis-27 minuta, Valletta jirdupjaw b’gowl mill-isbaħ, kross mil-lemin ta’ Bojan Kaljevic, b’xutt bid-dawra mill-viċin ta’ Matteo Piciollo, ballun li jispiċċa fix-xibka u jegħleb lil David Cassar, Valletta 2-0 Sirens.

Fid-39 minuta, Ricardo Faria ikollu xutt għal Sirens minn barra l-kaxxa, ballun salvat parzjalment minn Yenz Cini, b’Valletta jevitaw xi tip ta’ periklu.

Fit-tieni taqsima; 46 minuta u Matteo Piciollo jitfa’ barra wara kross mil-lemin ta’ Miguel Alba, dejjem għal Valletta. Fit-68 minuta, free-kick indirett minn ġol-kaxxa ta’ Romeu Romao għal Sirens, ballun kemm kemm għoli mil-lasti Beltin.

Fit-80 minuta, Valletta jassiguraw ruħhom mill-kwalifikazzjoni grazzi għal Bojan Kaljevic b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa, Valletta 3-0 Sirens.

Fid-89 minuta, Sirens jnaqqsu d-distakk minn Raphael dos Anjos li jitfa’ fix-xibka, wara li jaħrablu l-ballun Yenz Cini wara ħarġa ħażina li għamel għall-free-kick mil-lemin tal-captain ta’ Sirens Ryan Grech.

Fil-ħin miżjud, Valletta jagħmluhom 4-1 minn xutt mill-viċin mix-xellug tal-akkwist il-ġdid ta’ Valletta, s-sostitut Jhony Moises Barrios, minn azzjoni mil-lemin.

Referee-Eman Grech

Valletta: Y.Cini, S.Borg (C), R.Camilleri, B.Kaljevic, M.Piciollo, S.Dimech, J.Borg, E.Pena Beltre, N.Pulis, M.A.Alba, T.Caruana

Sirens: D.Cassar, R.Grech (C), R.Dos Anjos, E.Okoye, R.Silva Faria, I.Abdullahi Adeshina, E.Herrera, R.Pericles Romao, L.Memezes Romario, T.Espindola, F.Silva Cheveresan

Miktub minn...
TVM Sport