
FA Tophy 2020/21
Senglea At………0
Valletta FC………1
Valletta għelbu lil Senglea Athletic bi skor ta’ 1-0 bl-uniku gowl tal-partita jiskurjaħ Mario Fontanella.
Wara żewġ minuti logħob, kross ta’ Santiago Malano u d-daqqa ta ras ta’ Mario Fontanella tgħaddi ftit barra.
Fit-8 minuti wara azzjoni ta’ Matteo Piciollo, ix-xutt fil-baxx ta’ Shaun Dimech ġie salvat b’diffikultà minn Farrugia.
Fil-21 minuta Gnindokponou baqa’ javvanza pero xutt fil-baxx tiegħu ġie salvat faċilment minn Bonello.
Erba’ minuti wara, azzjoni oħra ta’ l-istess plejer Franciż ta’ Senglea, tispiċċa b’Bonello jdawwar f’korner.
Fit-32 minuta wasal il-gowl li poġġa lil Valletta mal-aħħar tmienja , wara żball ta’ Sergio Uyi , jieħu l-ballun Mario Fontanella li baqa’ javvanza u b’xutt fil-baxx għeleb lil Farrugia.
Fil- 51 minuta azzjoni, personali ta’ Pena Beltre tispiċċa bid-difiża ta’ Senglea twaqqaf dan il-plejer milli ikompli javvanza bil-ballun jispiċċa f’korner.
Tliet minuti wara xutt ta’ Fontanella spiċċa ftit għoli mil-lasti ta’ Farrugia.
Fid 69 minuta kross ta’ Pena Beltre u xutt fil-pront ta’ Piciollo ġie salvat b’diffikultà minn Farrugia.
Żewġ minuti wara kross ieħor ta’ Beltre u first-timer ta’ Fontanella spiċċa ftit għoli.
Referee : Daniel Portelli.
Formazzjonijiet.
Senglea At.
M.Farrugia, S.Uyi, Z.Cassar, A.Abela, F.Gnindokponou ( D.Abela 58’), S.Buhagiar, D.Fava, A.Scicluna, J.Dibolo, D.Kukic ( J.Tanti 58’), D.Xuereb.
Valletta FC.
H.Bonello, , R.Camilleri, T.Caruana, S.Malano, M.Piciollo, S.Dimech ( R.Tonna 91’), E.P.Beltre, E.Sala, L.Aguirre, I.Maric, M.Fontanella.