Futbol lokali
FA Trophy: Valletta fis-semifinali wara żewġ gowls mingħajr risposta kontra Gudja

FA TROPHY 2019/20 – KWARTI TAL-FINALI

Valletta…….2

Gudja……….0

Żewġ gowls ta’ Bojan Kaljevic kienu biżżejjed għat-tim Belti biex jagħmilha għas-semifinali tal-FA Trophy.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 8 minuti logħob hekk kif żball fid-difiża Beltija japprofitta Winchester li waħdu quddiem Cini ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat.

33 minuta għal darba oħra Gudja viċin li jmorru fil-vantaġġ meta ħarba ta’ Aiden Jake Friggieri li qassam lejn Winchester ballun lejn Mensah bi xutt tiegħu jiġi devjat fuq Bilbao Zarate li ra ix xutt tiegħu jiġi ikklerjat min quddiem il-lasta mid-difiża Beltija.

33 minuta azzjoni għal Valletta meta min barra il-kaxxa xutt ta Jean Borg isalva il gowler ta Gudja Jonathan Debono.

39 minuta għal darba oħra Gudja meta freekick ta Llywelyn Cremona ballun lejn Friggieri bil ballun jispiċċa barra.

Fit-tieni taqsima mat-52 minuta Valletta imorru fil vantaġġ meta cross ta Fontanella lejn Kaljevic bi ras jitfa fi xibka wara Debono.

57 azzjoni ta’ Gudja Mensah ballun mill viċin lejn Winchester għal darba oħra Cini idawwar f’corner.

Minuta wara Valletta jirduppjaw meta xutt min barra il kaxxa ta Kaljevic ballun jispiċċa fi rokna ta xibka.

66 Minuta Valletta jispiccaw jilgħabu b’ghaxar players hekk kif tasal it-tieni karta safra ta Pena Beltre wara foul fuq Friggieri.

Ref: Trustan Farrugia Cann

Valletta: Yenz Cini, Ryan Camilleri, Santiago Malano, Bojan Kaljevic, Matteo Piciollo, Shaun Dimech, Jean Borg, Pena Beltre, Joseph Zerafa, Tristion Caruana, Mario Fontanella.

Gudja United: Jonathan Debono, Jurgen Fenech, Jonathan Bondin, Aidan Jake Friggieri, Edison Bilbao Zarate, Renold Winchester, Llywelyn Cremona, Gabriel Mensah, Anderson De Barro, Juan Bolanos, Justin Grioli.

Miktub minn...
TVM Sport