Futbol lokali
FA Trophy: Valletta kontra Marsa fost l-aktar fixture mistennija fit-tielet round

It-Tielet Round tal-FA Trophy se jkun qed ilaqqa’ xejn inqas minn tmiem teams tal-Premier kontra xulxin f’erba logħbiet mit-tielet round ta’ din il-kompetizzjoni:

Dawn se jkunu l-logħbiet Floriana – Ħamrun, Qormi – Hiberbians, Sliema Wds – St Andrews u Senglea – Mosta.

Minkejja dan l-iktar fixture mistennija u attraenti mhiex minn dawn l-erbgħa hekk kif il-Holders tal-FA Trophy Valletta se jkunu qed jidebuttaw f’din il-kompetizzjoni fit-tielet round kontra t-team tal-ewwel diviżjoni Marsa FC. Il-Marsin għalkemm qatt ma rebħu t-Trophy, qabel il-bidu tal-kompetizzjoni kif nafuha llum li bdiet bl-isem FA Trophy fl-1935, kienu waslu darba sal-finali ta’ Tazza forma ta’ Knock Out tal-MFA il-Cousins Cup meta fl-istaġun 1920/21 kienu appunti ltaqgħu fil-finali mal-Beltin fejn kienu ħarġu telliefa 2-0. L-aħħar konfront bejn Valletta u Marsa ntlgħab fil-Kampjonat Premier fil-bidu tas-snin 80.

Fatt ieħor interessanti madwar il-fixture Valletta – Marsa hi li t-team ta’ Valletta għanu diversi partitarji li huma mill-Marsa u baqgħu jissaportjaw lill-Valletta tul is-snin l-aktar fis-snin 80 u 90 meta l-Beltin kienu fi sfida sportiva kbira ma’ Ħamrun Spartans u allura kien ovvja dak iż-żmien li l-Marsin kienu dejjem iżommu mal-Beltin biex l-avversarji ġirien tagħhom l-Ispartans ma’ jibqgħux jirbħu aktar unuri.

Fil-kwartieri ġenerali tal-MFA itellegħu l-poloz kollha ta’ dan ir-round inkluż il-poloz tar-raba’ round hekk kif issa kull team li se jilgħab fit-tielet round jaf min jista’ jkun potenzjalment l-avversarju tiegħu bejn żewġ teams għar-raba’ round.

Il-Poloz irriżultaw hekk:

FA TROPHY IT-3 ROUND

1. Floriana – Ħamrun Spartans
2. Qormi – Hibernians
3. Balzan – Qrendi
4. Nadur Youngsters – Birkirkara
5. Gżira United – Rabat Ajax
6. Marsa – Valletta
7. Mellieħa – Lija Athletic
8. San Ġwann – Fgura United
9. Gudja United – Xewkija Tigers
10. Pembroke Athleta – Żejtun Corinthians
11. Sliema Wanderers – St. Andrews
12. Vittoriosa Stars – Tarxien Rainbows
13. Senglea Athletic – Mosta
14. Siġġiewi – Melita
15. Birżebbuġa St. Peter’s – Żebbuġ Rangers
16. Mdina Knights – Pietà Hotspurs

FA TROPHY IR-4 ROUND
Rebbieħ logħba 5 (GZI/RAB) vs Rebbieħ logħba14 (SIG/MLT)
Rebbieħ logħba7 (MLH/LIJ) vs Rebbieħ logħba 6 (MAR/VAL)
Rebbieħ logħba 13 (SEN/MOS) vs Rebbieħ logħba11 (SLI/STA)
Rebbieħ logħba 16 (MDI/PIE) vs Rebbieħ logħba 10 (PEM/ZEJ)
Rebbieħ logħba 4 (NAD/BKR) vs Rebbieħ logħba 1 (FLO/HAM)
Rebbieħ logħba 12 (VIT/TAR) vs Rebbieħ logħba 15 (BBG/ZEB)
Rebbieħ logħba 2 (QOR/HIB) vs Rebbieħ logħba 8 (SGW/FGU)
Rebbieħ logħbah 3 (BAL/QRE) vs Rebbieħ logħba 9 (GUD/XEW)

Il-Logħbiet tat-tielet round jintlagħbu bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru u l-Ħadd 2 ta’ Diċembru filwaqt li l-logħbiet tar-raba’ round isiru s-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Jannar.

 

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

MAFA 2018/19 Versity AFC qabżu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA meta b’wirja ferm konvinċenti huma għelbu lil Naxxar Victorians bl-iskor ta’ 3-0. Min-naħa l-oħra San Ġiljan Saints kisbu…

Futbol lokali

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija. Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja:…

Aktar