Futbol lokali
FA Trophy: Victoria Hotspurs jegħlbu lil Żebbuġ Rangers u javvanzaw għar-raba’ rawnd

Victoria Hotspurs avvanzaw għar-raba’ rawnd tal-FA Trophy b’rebħa ta’ 5-3 fuq Żebbuġ Rangers fejn il-lejer Elton Da Silva skorja hat-trick għall-Għawdxin.

Victoria ma setax kellhom bidu aħjar għaliex wara ħames minuti De Souza twaqqa’ minn Ryan Zammit, bir-referee jordna l-penalty li minnu Elton Da Silva ma żbaljax.

Fil-15-il minuta Żebbuġ kisbu l-gowl tad-draw. Azzjoni fuq ix-xellug bejn Fagbeja u Nanapere li qassam għan-nofs fejn Samuel Buhagiar bir-ras għeleb lil Parnis. Fis-26 minuta Victoria reġgħu marru fil-vantaġġ meta Da Souza Maciel ikkontrolla l-ballun tajjeb f’tarf il-kaxxa u għeleb lil Grech b’xutt preċiż fil-baxx.

Fl-40 minuta Victoria Hotspurs skorjaw it-tielet gowl, gowl verament tajjeb ta’ Elton Da Silva li wara azzjoni personali għeleb lil Grech b’xutt angolat. Fl-aħħar ħinijiet tat-taqsima minn azzjoni ta’ korner Victoria laqtu wkoll il-lasta.

Fit-tieni taqsima Żebbuġ ħarġu determinati u fl-54 minuta naqqsu l-iskor b’azzjoni ta’ Randall Vella li qassam lejn Nanapere li b’xutt mill-ewwel sab ix-xibka. Il-logħba issa saret ferm inċerta u fil-65 minuta Victoria spiċċaw ukoll b’għaxar plejers meta Jason Pace kien muri karta ħamra wara fawl fuq Nanapere.

Ħames minuti mit-tmiem Victoria kabbru l-vantaġġ b’azzjoni oħra personali ta’ Elton Da Silva mitmuma b’xutt sabiħ li għeleb lil Grech.

Fid-89 minuta Żebbuġ mill-ġdid fil-logħba b’xutt sabiħ ta’ Noah Ojuola minn barra l-kaxxa jegħleb lil Parnis. Fil-ħin miżjud Victoria Hotspurs għalqu l-logħba meta Elton Da Silva żmarka lil Emiliano Lattes li avvanza u b’xutt fil-baxx sab ix-xibka.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar