Oħrajn
FACTS: Iż-żewġ assoċjazzjonijiet tal-kolletturi tal-armi u l-isparar jingħaqdu taħt federazzjoni waħda

Iż-żewġ assoċjazzjonijiet tal-kolletturi tal-armi u l-isparar għall-mira, li bejniethom iħaddnu għaxar clubs b’total t’aktar minn ħamest elef membru, ingħaqdu taħt federazzjoni waħda: il-FACTS: Federation of Arms Collectors and Target Shooters.

Dan sar magħruf meta ġew ippreżentati ċertifikati lit-tiraturi li ħadu sehem f’attivita’ organizzata s-sena li għaddiet minn waħda mill-assoċjazzjonijiet: l-AACTS: għad-dilettanti tal-isparar bil-pistola.

L-attivita’ msejħa Steel Challenge kienet tikkonsisti fuq sensiela ta’ tiri fuq il-pjanċi minn ħames distanzi differenti, minn 20 metru ‘l ġewwa. Jiġu sparati b’kollox ħamsa w għoxrin tir, bir-rebbieħa jkunu t-tiraturi li jolqtu l-mira fl-inqas ħin.

Ħadu sehem tiraturi minn tliet clubs. Stephen Vella tal-AMACS rebaħ il-kategorija Limited, waqt li Charlton Agius tal-Gozo Target Shooting Club rebaħ il-kategorija Production.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn, Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent li se jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran li ser jsiru ġewwa Tarragona, Spanja bejn it-22 ta ‘ Ġunju u l-1 ta’ Lulju. Il-Logħob se jaraw…

Oħrajn

Fl-1, fit-2, u fit-3 ta’ Ġunju l-Malta Drug-Free Powerlifting Association se tkun qiegħda torganizza l-World Single Lift Championships fi ħdan il-World Drug-Free Powerlifting Federation. Din il-kompetizzjoni hija maqsuma fuq tlett…

Oħrajn

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li l-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa ser jkunu ospitati f’Malta. Il-Kumitat Olimpiku Malti kiseb il-konferma uffiċjali illum, is-Sibt 26 ta’ Mejju waqt l-Assemblea Ġenerali…

Aktar