Futbol internazzjonali
F’Amsterdam: L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard jinqatel b’tiri ta’ arma tan-nar

L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar meta żewġ persuni fuq mutur għaddew minn mal-karozza tiegħu sparaw tiri li laqtuh u ħallewh tal-post.

Maynard hu ex plejer ta’ Burton Albion fl-Ingilterra u Volendam fl-Olanda.

L-inċident seħħ fin-naħa t’isfel ta’ Amsterdam u kienu l-Pulizija Olandiża stess li kkonfermaw din l-aħbar.

L-investigazzjoni dwar dan l-inċident fatali għadha għaddejja u l-awtoritajiet Olandiżi qed jappellaw lill-pubbliku biex jekk inzertaw kien hemm xi xhieda fuq il-post tal-inċident jersqu lejhom bl-informazzjoni.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Futbol fi Spanja: Real Madrid ikkonfermaw li se jkun u qed jilagħbu l-kumplament tal-logħbiet li fadal meta jitkompla l-kampjonat fil-11 ta’ Ġunju fl-Istadium takl-bażi ta’ taħriġ tagħhom fl-Estadio Alfredo di…

Futbol internazzjonali

Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta ‘Vero Amore’ din is-sena qed jiċċelebra l-45 sena mit-twaqqif tiegħu lura fl-1975. Għal din l-okkażjoni l-Club ħaseb sabiex iniedi emblema ġdida għall-Club li tirrifletti l-era modera…

Futbol internazzjonali

Red Star Belgrade kisbu t-tielet kampjonat konsekuttiv fis-Serbja. Dan kien il-21 kampjonat tagħhom fl-istorja. Huma rebħu lir-rivali Rad, bl-iskor kbir ta’ 5-0 meta rritorna l-kampjonat 2019/20 fis-Serbja. Il-logħba saret bil-bibien…

Futbol internazzjonali

Possibilita’ kbira li diversi logħbiet tas-Serie A li se jkunu skedati għal filgħaxija meta jirritorna l-kampjonat tas-Serie A fl-20 ta’ Ġunju jibdew fl-9.45pm. Jekk isir hekk din tkun l-ewwel darba…

Aktar