X

F’Amsterdam: L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard jinqatel b’tiri ta’ arma tan-nar

Story Published

L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar meta żewġ persuni fuq mutur għaddew minn mal-karozza tiegħu sparaw tiri li laqtuh u ħallewh tal-post.

Maynard hu ex plejer ta’ Burton Albion fl-Ingilterra u Volendam fl-Olanda.

L-inċident seħħ fin-naħa t’isfel ta’ Amsterdam u kienu l-Pulizija Olandiża stess li kkonfermaw din l-aħbar.

L-investigazzjoni dwar dan l-inċident fatali għadha għaddejja u l-awtoritajiet Olandiżi qed jappellaw lill-pubbliku biex jekk inzertaw kien hemm xi xhieda fuq il-post tal-inċident jersqu lejhom bl-informazzjoni.