F’Arkansas, tlielaq bil-muturi tal-ħart

F’Arkansas, l-Istati Uniti, sar il-Purple Hull Pea Festival li jsir kull sena, li fih ikunu nklużi l-Kampjonati Dinjija tal-Muturi tal-Ħart. Il-kompetituri jridu jiġru bil-muturi tal-ħart fuq distanza ta’ mitejn pied, b’rigal ta’ elf dollaru Amerikan għar-rebbieħa f’kull kategorija.

Kien hemm kompetituri li anke rnexxielhom jagħmlu d-distanza taħt il-15-il sekonda, f’Festival li l-oriġini tiegħu jmorru lura għall-1990, u maż-żmien anke twaqqfet il-Federazzjoni Dinjija tal-Muturi tal-Ħart sabiex ma jkunx hemm kontroversji f’dawn it-tlielaq.

It-titlu ta’ din is-sena kien mirbuħ minn Cody Fuller fil-kategorija tal-makkinarju modifikat tal-irġiel, filwaqt li Lauren Smith rebħet il-kategorija tan-nisa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Manchester City, Raheem Sterling, akkuża lill-media li hija kompliċi fl-abbużi razzjali li hu u plejers oħra qiegħed ikollhom fil-logħbiet tal-Kampjonat Premier Ingliż. Fil-logħba tas-Sibt kontra Chelsea, fi Stamford…

Futbol internazzjonali

Għada filgħaxija tiġi fi tmiemha l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, bi Grupp Ċ jibqa’ l-aktar grupp interessanti meta kollox ser jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata għaliex s’issa l-ebda tim għadu m’għamilha…

Futbol internazzjonali

Fil-posticipo fl-Italja, Milan u Torino ħadu punt kull wieħed meta f’San Siro l-logħba spiċċat fi dro ta’ 0-0. B’dan id-dro, Milan jinsabu waħedhom fir-raba’ post tal-klassifika b’26 punt, punt biss…

Futbol internazzjonali

It-tim Arġentin ta’ River Plate huma r-rebbieħa tal-Copa Libertadores 2018. Huma kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex dawru l-logħba u fil-ħin barrani għelbu lit-tim ta’ Boca Juniors bl-iskor ta’…

Aktar