Futbol lokali
F’dawn l-24 siegħa għandu jkun konkluż it-tpartit bejn Frank Temile (Sliema W) u Gary Muir (Birkirkara)

RAPPORT – Rodney Vassallo

TVMSport jista jikkonferma li fis-siegħat li ġejjin sal-Hamis filgħaxija mistenni jkun konkluż tpartit ieħor għal Birkirkara, din id-darba ma’ Sliema Wanderers.

Kif tħabbar aktar qabel, Sliema Wanderers se jakkwistaw għal kollox mingħand Birkirkara lill-attakkant Frank Temile u dan se jsir bi tpartit mal-Iskoċċiż Gary Muir, li f’dawn is-siegħat mistenni jtemm l-esperjenza Slimiża tiegħu biex jissieħeb ma’ Birkirkara.

Tlieta mill-erba’ partijiet f’dan it-tpartit huma lesti u magħluqin, jiġifieri ż-żewġ klabbs miftehmin, Temile aċċetta li jmur ma’ Sliema, jonqos biss li Gary Muir jaċċetta li jissieħeb ma’ Birkirkara.

Jekk iseħħ dan se jkun it-tieni tpartit li Birkirkara se jkunu nvoluti fih dan ix-xahar wara dak ma’ Valletta bejn Rowen Muscat u l-goalkeeper Henry Bonello.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

RAPPORT – Simon Farrugia  Kampjonat BOV Premier_Staġun 2017/2018 Gżira United …… 1 Balzan ……………. 2 Gzira kienu ġejjin minn rebħa fuq Ħamrun bl-iskor ta’ 4-0 filwaqt li Balzan spiċċaw l-aħħar…

Futbol lokali

RAPPORT – Robert Busuttil u Chris Falzon .. RITRATT – Joseph Pullcino Kampjonat BOV Premier_Staġun 2017/2018 Naxxar Lions …. 3 St.Andrews …….. 1 Sa fl-aħħar Naxxar kisbu l-ewwel rebħa tagħhom…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 SLIEMA WDS…….3 BIRKIRKARA…….0 Kemm Sliema Wanderers kif ukoll Birkirkara kienu ġejjin minn telfiet fl-aħħar ħarġa tagħhom fejn il-Blues sfaw mgħeluba minn Tarxien filwaqt li l-Istripes tilfu…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 GŻIRA UTD……….4 ĦAMRUN SP………0 Quddiem attendenza tajba fil ground taċ-ċentinarju, Gzira Utd żammew l-ewwel post u l’unbeaten record tagħhom b’rebħa ta’ 3-0 fuq Ħamrun Spartans, bi…

Aktar