Bocci
Federazzjoni Klabbs Boċċi: Il-Kampjonat 2020 mhux se jsir

Il-Federazzjoni Klabbs Boċċi kellha tasal għad-deċiżjoni iebsa li tinforma lill-players u lill-Clubs li l-kampjonati tagħha din is-sena mhux se jsiru minħabba ssitwazzjoni u restrizzjonijiet fil-pajjiż.

Għalkemm fi tmiem il-ġimgħa ġew illaxkati xi miżuri għall-isport fil-pajjiż dawn huma limitati biss għat-taħriġ u ma tista’ ssir ebda kompetizzjoni. Meta kkuntatjat minn TVM Sport Antoine Grech Segretarju tal-Federazzjoni qal li sfortunatament anke l-kompetizzjoni tal-Knock Outs se jkunu affetwati b’din id-deċiżjoni.

Intant TVM Sport jinsab infurmat li l-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi kitbet uffiċjalment lill-SportMalta sabiex tiggwidhom fuq materji oħra fosthom dwar sospensjoni ta’ sena li hi kienet ħadet fuq player fejn talbet jekk din is-sospensjoni tiġix fi tmiem f’Settembru li ġej skond is-sentenza oriġinali tal-Board tad-Dixxiplina jew inkella tkunx estiża b’sena. Il-Federazzjoni għadha qed tikkunsidra li tieħu deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ din is-sena fejn mhux se ssir ebda kompetizzjoni biex tara jek dawn ikunux estizi għall-kampjonat tas-sena 2021.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Aktar